X'nagħmel jekk inkun barra minn Malta u ma nkunx nista' nuri l-EHIC tiegħi?
Jekk qed taċċessa l-kura tas-saħħa f'entità pubblika tista':
1: Tħallas għall-kura tiegħek meta tirritorna lejn Malta fejn tista' tippreżenta l-irċevuta oriġinali tiegħek u dokumenti rilevanti oħra fl-Entitlement Unit. Wara dan L-Entitlement Unit jibda l-proċess biex inti tiġi rimborsat;
JEW
2: Titlob għal Provisional Replacement Certificate (PRC)
- PRC jista' temporanjament jissostitwixxi EHIC meta ma tkunx disponibbli, tiskadi, tintilef jew ma tkunx tista' tintuża.
- Il-fornitur tal-kura tas-saħħa/l-isptar barra minn Malta (fejn qed tiġi kkurat) normalment għandu jitlob il-PRC direttament (elettronikament permezz tal-EESSI) mill-istituzzjoni kompetenti (jiġifieri l-Entitlement Unit).
- Il-fornitur tal-kura tas-saħħa/l-isptar għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa u d-dati tad-dħul/ħruġ tiegħek.
- Jekk il-fornitur tal-kura tas-saħħa/l-isptar ma jistax jgħinek, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq [email protected] / +356 25952400 sabiex inkunu nistgħu ngħinuk.
This page was last updated on: Awwissu 31, 2026 3:56 pm