L-Intitolament skont l-Istatus ta' Protezzjoni


1. Status: Qabel l-applikazzjoni għall-protezzjoni

L-Intitolament għas-Saħħa: Kura tas-saħħa ta’ emerġenza u trattament essenzjali ta’ mard, inkluż dak ta’ kundizzjonijiet psikoloġiċi serji.


2. Status: Applikant għall-ażil/applikant għall-protezzjoni internazzjonali

L-Intitolament għas-Saħħa: Il-kura tas-saħħa meħtieġa ta’ emerġenza u trattament essenzjali ta’ mard u ta’ disturbi mentali serji. Assistenza medika jew assistenza oħra meħtieġa lil applikanti bi bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza, inkluż kura tas-saħħa mentali xierqa fejn ikun meħtieġ.


Status: Status ta’ Refuġjat (Il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra, 1951, u Regolament (UE) 2024/1347)

L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika tal-Istat.

Membri  tal-familja  ta’  persuna  mogħtija  status  ta’ refuġjat, jekk ikunu f’Malta fil-mument tad-deċiżjoni jew jekk jingħaqdu magħha f’Malta, igawdu l-istess drittijiet u benefiċċji bħala rifuġjati sabiex tkun tista’ tinżamm l-għaqda tal-familja.


4. Status: Subsidiary Protection Status (Regolament (UE) 2024/1347)

L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika tal-Istat.

Membri  tal-familja  ta’  persuna  mogħtija  protezzjoni sussidjarja,  jekk  ikunu  f’Malta  fiż-żmien  tad-deċiżjoni, igawdu l-istess drittijiet u benefiċċji bħall-persuna  li  tgawdi  status  ta’  protezzjoni  sussidjarja sabiex tkun tista’ tinżamm l-għaqda tal-familja.


5. Status: Status ta’ Protezzjoni Umanitarja Temporanja (Art. 17A tal-Att Dwar il-Protezzjoni Internazzjonali)

L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika tal-Istat.


6. Status: Applikazzjoni għall-ażil irrifjutata

L-Intitolament għas-Saħħa: Assistenza medika li ssalva l-ħajja.


7. Status: Min jappella d-deċiżjoni tal-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali

(Applikant għall-ażil/applikant għall-protezzjoni internazzjonali)

NB – L-istatus legali ta’ min jappella  jerġa’ lura għal dak ta’ min qed japplika għall-ażil/għall-protezzjoni internazzjonali.

L-Intitolament għas-Saħħa: Il-kura tas-saħħa meħtieġa ta’ emerġenza u trattament essenzjali ta’ mard u ta’ disturbi mentali serji. Assistenza medika jew assistenza oħra meħtieġa lil applikanti bi bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza, inkluż kura tas-saħħa mentali xierqa fejn ikun meħtieġ.


8. Status: Awtorizzazzjoni ta’ Residenza Speċifika (SRA)

L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika tal-Istat (Regoli tal-Awtorizzazzjoni ta’ Residenza Speċifika tal-2020).


9. Status: Vittmi tat-Traffikar ta’ Bnedmin (pajjiżi terzi)

Importanti: Tapplika biss għal persuni rikonoxxuti bħala vittmi tat-traffikar ta’ bnedmin skont LS 217.07

1. Waqt il-Perjodu ta’ Riflessjoni

L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika ta’ emerġenza, attenzjoni għall-bżonijiet ta’ dawk l-aktar vulnerabbli w għajnuna psikoloġika (LS 217.07 Art. 3 (5) (ii, iii and iv)).

2. Wara li jinħareġ il-Permess ta’ Residenza

L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika ta’ emerġenza (tkompli), għajnuna psikoloġika (tkompli) u kura medika neċessarja jew xi għajnuna oħra, meta il-persuna ma jkolliex ir-riżorsi suffiċjenti, u għanda bżonnijiet speċjali bħal fil-każ ta’ nisa tqal, persuni b’disabilità, vittimi ta’ vjolenza sesswali jew xi forma oħra ta’ vjolenza, u minuri (LS 217.07 Art. 5 (3)).


10. Status: Persuni ġejjin mill-Ukrajna – Status ta’ Protezzjoni Temporanja (Direttiva 2001/55/EC)

L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika (inkluż, tal-inqas, kura tas-saħħa ta’ emerġenza ta’ natura essenzjali u trattament essenzjali ta’ mard)