Kif tikseb il-card Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC)
Reġistrazzjoni għall-card Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa għal persuni residenti f'Malta u intitolati skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tas-Sigurtà Soċjali.
L-EHIC tippermetti aċċess lir-residenti Maltin għal kura medika waqt soġġorni temporanji fil-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u fl-Isvizzera bl-istess kundizzjonijiet tar-residenti ta' dawk il-pajjiżi.
L-ivvjaġġar internazzjonali sar aktar frekwenti u irħas, iżda huwa importanti li tkun konxju tar-riskji tas-saħħa meta tivvjaġġa barra minn Malta. L-EHIC tgħin biex tiżgura aċċess għas-servizzi tas-saħħa waqt li tkun qed toqgħod temporanjament fi Stat Membru ieħor.
Aqra din l-informazzjoni biex tikseb dan is-servizz:
Deskrizzjoni
Persuni li jingħataw il-card Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC) ikollhom dritt għal trattament mediku b’xejn jew bi spiża mnaqqsa matul soġġorni temporanji fil-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u fl-Iżvizzera.
L-għan tal-EHIC huwa li jiffaċilita l-aċċess għall-kura tas-saħħa matul soġġorn temporanju fi Stat Membru ieħor u li jiffaċilita r-rimbors tal-ispejjeż mediċi.
L-EHIC tkopri:
- Kura ta' emerġenza
- Kura tal-maternita' (jekk l-iskop tal-vjaġġ mhux għat-twelid)
- Trattament għal kundizzjonijiet kroniċi jew pre-eżistenti matul is-soġġorn
L-EHIC ma tkoprix:
- Kura ppjanata barra minn Malta (inkluż kura għal skop ta' twelid jew biex tieħu second opinion)
- Spejjeż tar-ripatrijazzjoni lejn Malta
- L-ispejjeż kollha f’pajjiżi fejn japplikaw ħlasijiet parzjali
- Servizzi tal-kura tas-saħħa privati
Min huwa eliġibbli għas-Servizz?
- Persuni li jgħixu f’Malta u li huma koperti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar is-Sigurtà Soċjali
- Studenti full-time minn pajjiżi tal-UE li joqgħodu f’Malta għal skopijiet ta’ studju
- Detenturi ta’ dokument Malti ta' Residenza Permanenti
- Ċittadini tal-UE f’sitwazzjoni transfruntiera li għalihom Malta hija l-istituzzjoni kompetenti
- Persuni koperti mill-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali Maltija
Nota: Individwi li jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali f’pajjiż ieħor taż-ŻEE jingħataw EHIC minn dak il-pajjiż.
EHIC għat-Trabi:
Trabi li jitwieldu minn Ġunju 2024 ’il quddiem jirċievu EHIC awtomatikament meta jagħlqu tlett (3) xhur.
Applikazzjoni għal EHIC
L-EHIC tinħareġ mingħajr ħlas. Applikazzjoni separata għal kull persuna hija meħtieġa, ħlief għat-tfal taħt is-sittax-il sena.
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi mill-inqas ħmistax (15)-il jum tax-xogħol qabel id-data prevista tal-ivvjaġġar.
Tista’ tapplika billi:
- Tapplika online billi tuża l-e-ID tiegħek (fejn applikabbli)
- Tniżżel il-formola tal-applikazzjoni, timliha u tibgħatha bil-posta
- Tiġbor u tissottometti l-formola mill-Entitlement Unit jew mill-Kunsilli Lokali
Applikazzjonijiet jistgħu jintbgħatu: Entitlement Unit, Ground Floor, Ex-Outpatients Block, St. Luke’s Hospital, G’Mangia Hill, Malta.
Tiġdid tal-EHIC
Il-card tal-EHIC jiġġeddu awtomatikament, fejn applikabbli, xahar (1) qabel jiskadu, abbażi tal-intitolament kontinwu għall-kura tas-saħħa pubblika.
Il-card imġedda tintbagħat fl-indirizz residenzjali li huwa reġistrat.
Jekk l-EHIC tiegħek skadiet qabel Marzu 2023, trid tissottometti applikazzjoni ġdida.
Jekk teħtieġ iġġedded il-card minħabba bidla fl-isem, trid tiġi sottomessa applikazzjoni ġdida flimkien mal-EHIC il-qadima.
Sostituzzjoni ta' EHIC
Cards EHIC mitlufa jew misruqa jiġu sostitwiti biss wara s-sottomissjoni ta':
- Formola ta' applikazzjoni ġdida
- Affidavit jew rapport tal-pulizija
X'inhuma l-obbligi taċ-Ċittadin?
L-applikanti huma obbligati li jipprovdu informazzjoni korretta u dokumenti ta’ sostenn mitluba mill-Entitlement Unit. Applikazzjonijiet li ma jimtlewx sew jew li ma jkollhomx dokumentazzjoni ta’ sostenn mhux se jiġu pproċessati. L-EHIC għandha tintuża biss fi sptarijiet pubbliċi fejn kura immedjata hija neċessarja. L-EHIC ma tkoprikx jekk l-iskop taż-żjara tiegħek huwa li tikseb kura medika inklużi żjarat biex tfittex second opinion. Persuni li ngħataw l-EHIC huma obbligati li jinfurmaw lill-Unit dwar kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanzi, partikolarment bidliet relatati mat-trasferiment tar-residenza lejn stat membru ieħor, mewt u bidliet fil-kopertura tas-Sigurtà Soċjali.
X'se jipprovdi d-Dipartiment / Unit inkambju?
L-Entitlement Unit se jipproċessa l-applikazzjonijiet tal-EHIC fi żmien ħamest (5) ijiem ta' xoghol mill-wasla ta' applikazzjoni kompluta.
Il-cards jiġu pproċessati fuq bażi ta' min jigi l-ewwel, jinqeda l-ewwel, u jintbagħtu bil-posta jew ikunu disponibbli għall-ġbir.
Ivvjaġġar lejn Stati Membri oħra taż-ZEE
L-EHIC tippermetti l-aċċess għall-kura tas-saħħa meħtieġa matul soġġorni temporanji fl-Istati Membri tal-UE, il-pajjiżi taż-ZEE, l-Iżvizzera, u r-Renju Unit (inkluza Ġibiltà).
Tiggarantixxi trattament taħt l-istess kundizzjonijiet bħar-residenti tal-pajjiż viżitat, għalkemm ħlas lokali jista' xorta japplika skont is-sistema nazzjonali.
L-EHIC hija aċċettata fil-pajjizi kollha taż-ZEE u l-Iżvizzera u hija magħmula biex tissimplifika l-aċċess għall-kura tas-saħħa u tiffaċilita l-proċeduri ta' rimbors.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-kopertura tat-trattament
L-EHIC tkopri trattament meħtieg matul l-ivvjaġġar, inkluż kura ta' emergenza u trattament ta' mard kroniku.
Arranġamenti minn qabel huma meħtiega għal:
- Dijalisi renali
- Terapija tal-ossiġnu
L-EHIC ma tkoprix trattament mediku ppjanat barra minn Malta.
Kif tuża l-EHIC
L-EHIC ghandha tinżamm flimkien ma' passaport jew karta tal-identità.
Trid tiġi ppreżentata meta jkun qed jigi mitlub servizz tas-saħħa barra minn Malta. Mingħajrha, jista' jkun mehtieg ħlas sħiħ mingħajr garanzija ta' rimbors.
Proċess ta' rimbors
Biex titlob rimbors:
- Zomm l-irċevuti, il-preskrizzjonijiet, u d-dokumenti mediċi kollha
- Applika ghar-rimbors fil-pajjiż fejn sar it-trattament, jew
- Ibgħat id-dokumentazzjoni lill-Entitlement Unit malli tirritorna
L-Unit se jikkopera mal-awtoritajiet barranin fejn meħtieg.
Għandi għadni bżonn assigurazzjoni privata?
L-EHIC mhix sostituta għall-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar privata.
Ma tkoprix:
- Ripatrijazzjoni medika lejn Malta
- Spejjeż tal-kura tas-saħħa privata
- Spejjeż sħaħ ta' trattament fil-pajjiżi kollha
Assigurazzjoni privata hija rrakkomandata bil-qawwa.