Id-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa u l-Entitlement Unit ingħataw l-Equality Mark
Id-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa u l-Entitlement Unit ingħataw l-Equality Mark mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE). Il-premju ġie ppreżentat uffiċjalment waqt il-konferenza annwali organiżżata mill-NCPE f’Ottubru 2020. Iċ-ċertifikazzjoni ingħatat mill-ġdid f’Mejju 2022.
Dan il-premju huwa xhieda tal-impenn tad-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa, bħala tim, li jżomm l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala wieħed mill-valuri tiegħu, kif ukoll tar-rikonoxximent u l-promozzjoni tal-potenzjal tal-impjegati kollha, irrispettivament mill-ġeneru tagħhom u mir-responsabbiltajiet tagħhom. L-għoti tal-Equality Mark juri wkoll l-impenn li jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-impjegati kollha attwali u prospettivi, irrispettivament mis-sess, status ċivili, it-tqala jew il-possibbiltà ta’ tqala, jew minħabba r-responsabbiltajiet tal-kura tagħhom.
Id-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa joffri ambjent li japprezza miżuri favur il-familja u bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja personali, kif ukoll ambjent li jimplimenta politika dwar l-ugwaljanza u l-fastidju sesswali.
Aktar informazzjoni dwar l-NCPE u l-Equality Mark hija disponibbli hawn.