Id-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa kiseb il-Quality Label.
Il-Quality Label huwa award mogħti lid-dipartimenti u lill-entitajiet fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika li l-għoti tas-servizzi tagħhom lill-klijenti jilħaq l-istandards ta’ servizz definiti permezz tal-4 Pilastri (Vuċi u l-ftehim mal-klijent, disinn u l-implimentazzjoni ta’ policies u servizzi li jissodisfaw l-aspettattivi tal-klijenti, twettiq ta’ servizz ta’ kwalità u responsabbiltà, fejn in-nies isiru parti mill-eċċellenza tas-servizz ipprovdut), il-5 Determinanti tas-Servizz ta’ Kwalità kif definiti mill-mudell ta’ kwalità SERVQUAL (Affidabbiltà, Reattività, Empatija, Assigurazzjoni u Elementi Tanġibbli), id-Direttiva 4-2 u kwalunkwe direttiva jew politika oħra li tistabbilixxi standards ta’ kwalità fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika.
Il-verżjoni bl-Ingliż taċ-Charter tas-Servizz ta’ Kwalità tad-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa tista’ titniżżel minn hawn, u l-verżjoni bil-Malti tista’ titniżżel minn hawn.
Bil-kisba tal-Quality Label, id-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa qed jimpenja ruħu li jiżgura monitoraġġ kontinwu tal-istandards bil-għan li jżomm il-Quality Label.
Aktar informazzjoni dwar il-Quality Label tista’ tiġi aċċessata minn hawn.