Termini u Kundizzjonijiet
- L-iskema tkopri biss lentijiet ‘single vision’ (għal bogħod u/jew għal viċin).
- Lentijiet Bifokali/Varifokali mhux koperti fl-iskema
- Tista' terġa' tapplika biss wara li jgħaddu 12-il xahar mid-data tal-aħħar riċetta tiegħek..
Wara li jingħatalek in-nuċċali:
- Tibdil tal-lentijiet mhux kopert fl-iskema. Qabel tapplika, ikkonferma mat-tabib li r-riċetta tal-vista tiegħek hija tajba.
- Tiswijiet m'humiex koperti. Il-klijenti huwa responsabbli għall-kura u l-użu tan-nuċċali.
Appuntamenti
Ibbukkja appuntament dirett maċ-Ċentri tas-Saħħa: Public Health Centres:
- Email: [email protected]
- Tel: +356 21231231 / +356 21222444
L-applikanti jistgħu wkoll jagħmlu vista tal-għajnejn għand tabib/klinik privat bi spejjeż tagħhom stess.
X'ghandek tagħmel:
1. Mur għal vista għand it-tabib tal-għajnejn (optometrist). Informa lit-tabib li tixtieq tapplika għall-iskema tan-nuċċali b’xejn.
2. It-tabib tal-għajnejn jipprovdi l-formola tar-riċetta uffiċjali "PRESCRIPTION FOR FREE SPECTACLES" Din tinkiseb biss mingħand it-tabib tal-għajnejn.
3. Ir- riċetta għandha tkun:
- Oriġinali
- Timtela kollha fuq il-formola uffiċjali "PRESCRIPTION FOR FREE SPECTACLES" maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa.
- Be submitted with both its il-carbon copy tal-karta r-roża.
- Turi l-indirizz korrett tiegħek, peress li l-korrispondenza ser tintbagħat hemmhekk.
4. Mal-applikazzjoni inkludi 1 1 minn dawn li ġejjin:
Jew
- Kopja tal- Karta r-Roża valida tiegħek maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali (Freephone 153)
Jew
- Kopja tal- Iskeda V (‘Schedule V’, kulur isfar) valida li turi l-mediċina tad-dijabete tiegħek, maħruġa mid-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) (Tel: 22481800 / [email protected])
Dokumenti mhux kompluti jew skaduti mhumiex aċċettati.
5. Ibgħat l-applikazzjoni tiegħek bil-posta.
Ibgħat:
- Ir-riċetta oriġinali tiegħek (bil-kopja bajda [fuq] u dik roża [taħt])
- Kopja tal-Karta r-Roża jew tax-‘Schedule V’ tiegħek
F’dan l-indirizz:
Nuċċalijiet
Entitlement Unit
Pjan Terran, Blokk tal-Eks-Outpatients
Sptar San Luqa,
Gwardamanġa
6. X'jiġri wara li tapplika?
Jekk inti tkun intitolat/a, aktar tard tirċievi dokument bil-posta li jinformak fejn għandek tieħu r-riċetta approvata tiegħek sabiex tordna n-nuċċali.