Jekk kellek spejjeż għal trattament mediku waqt żjara temporanja fi Stat Membru ieħor tal-UE, jista’ jkollok dritt li dawn l-ispejjeż jiġu rimborżati.
Biex tkun taf jekk intix eliġibbli, trid tissottometti rikjesta lill-Entitlement Unit. Il-Unit se jieħu l-passi meħtieġa biex jikkuntattja lill-pajjiż fejn saru l-ispejjeż, sabiex jiġi ddeterminat jekk għandekx dritt għal rimbors u x’ammont jista’ jiġi rimborsat, biex jiġi żgurat li int tiġi trattat bl-istess mod bħal kull ċittadin ta’ dak l-Istat Membru tal-UE/ŻEE partikolari.
Biex tagħmel dan, jekk jogħġbok ibgħatilna l- formola mimlija flimkien mal-invoice u l-irċevuti oriġinali. It-talba tiegħek ma tistax tiġi pproċessata mingħajr id-dokumenti msemmija hawn fuq.
Niżżel il-formola tal-applikazzjoni hawn.
Ibgħat il-formola mimlija u d-dokumenti kollha lill-:
Entitlement Unit,
Pjan Terran, Blokk tal-Eks-Outpatients
Sptar San Luqa,
Gwardamanġa
Malta
L-Entitlement Unit se jagħmel dak kollu possibbli biex iħaffef din il-proċedura ta’ rimborż, madankollu Stati Membri oħra tal-UE/ŻEE għandhom skadenzi differenti għat-tweġibiet.