Il-Kura tas-Saħħa f’Malta – dak li għandek tkun taf bħala persuna li qed iżżur Malta


Informazzjoni għall-viżitaturi f’Malta dwar l-aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa, it-trattament f’każijiet ta’ emerġenza, id-dokumentazzjoni meħtieġa, u xi tkopri l-kura tas-saħħa matul soġġorni temporanji.


Il-viżitaturi jistgħu jaċċessaw is-servizzi tal-kura tas-saħħa pprovduti f’Malta skont in-nazzjonalità tagħhom, l-istatus ta’ residenza u d-dokumentazzjoni li tagħtihom id-dritt għall-kura tas-saħħa b'xejn, bħal Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC), UK Global Health Insurance Card (GHIC), formoli S1, jew id-dritt għall-kura tas-saħħa taħt Ftehim Reċiproku għall-Kura tas-Saħħa (RHA).


Segwi din l-informazzjoni biex taċċessa s-servizzi tal-kura tas-saħħa f’Malta:


Deskrizzjoni


Persuni li jżuru Malta jista’ jkollhom dritt għal kura tas-saħħa b’xejn jew bi spiża mnaqqsa matul soġġorni temporanji f’Malta.

Ċittadini tal-UE f’sitwazzjoni jistgħu jaċċessaw il-kura tas-saħħa pprovduta f'Malta billi jippreżentaw il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC) valida meta jkollhom bżonn trattament urġenti jew meħtieġ matul is-soġġorn temporanju tagħhom f’Malta.


Jekk ċittadin mill-UE jippjana li joqgħod f’Malta għal perijodu itwal, bħala ħaddiem stazzjonat jew pensjonant, il-formola S1 għandha tiġi rreġistrata mal-istituzzjoni kompetenti f’Malta. La darba tiġi rreġistrata, il-persuna tirċievi 'Certificate of Entitlement', li għandu jiġi ppreżentat kull darba li jattendi sptar jew ċentru tas-saħħa.


Ċittadini tar-Renju Unit jistgħu jaċċessaw is-sistema tal-kura tas-saħħa Maltija b’diversi modi:


  1. Billi jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali waqt li jkunu impjegati jew jaħdmu għal rashom. Il-permess ta’ residenza jservi bħala prova ta' intitolament għas-servizzi tal-kura tas-saħħa.
  2. Persuni eżenti milli jħallsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jistgħu wkoll ikollhom dritt għall-kura tas-saħħa skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali ta’ Malta, inkluż persuni li jirċievu benefiċċji jew li għandhom dħul baxx.
  3. Billi jirreġistraw formola S1 maħruġa mir-Renju Unit mal-Entitlement Unit, wara li jlestu l-proċeduri ta’ reġistrazzjoni tar-residenza, normalment tlett xhur wara l-wasla tagħhom f’Malta.
  4. Billi jużaw EHIC jew GHIC maħruġa mir-Renju Unit matul soġġorni temporanji.
  5. Billi jużaw Karta ta’ Entitlement taħt l-RHA jekk ma jkollhom ebda intitolament ieħor għall-kura tas-saħħa.
  6. Billi jippreżentaw passaport validu tar-Renju Unit matul soġġorn temporanju meta ma japplika l-ebda intitolament ieħor.


Persuni li jirreġistraw formola S1 maħruġa mir-Renju Unit għandhom jippreżentaw:


  1. Il-formola S1 oriġinali
  2. Passaport
  3. Dokument ta’ residenza
  4. Fotokopji tad-dokumenti kollha li ġew ppreżentati


Persuni li jeħtieġu kura tas-saħħa qabel ma jlestu r-reġistrazzjoni tal-S1 jistgħu jitolbu Ċertifikat Proviżorju ta’ Sostituzzjoni billi jikkuntattjaw lil:


Servizzi tal-Kura tas-Saħħa Barra minn Malta


Tel: +44 191 218 1999

Mit-Tnejn sal-Ġimgħa – 08:00 sa 18:00


Meta l-formola S1 tiġi rreġistrata, l-applikant jirċievi Ċertifikat ta’ Entitlement li jikkonferma d-dritt għall-aċċess għall-kura tas-saħħa ffinanzjata mill-Gvern Malti. L-applikanti jistgħu wkoll japplikaw għal EHIC/GHIC maħruġa mir-Renju Unit għall-użu fil-pajjiżi tal-UE u tal-EFTA.


Persuni li ma għandhom ebda intitolament ieħor jistgħu japplikaw għall-Entitlement Card taħt l-RHA, li tipprovdi aċċess għall-kura tas-saħħa b’xejn, għalkemm il-kopertura tagħhabtista’ tkun aktar limitata mill-aċċess għall-kura tas-saħħa mogħtija permezz tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. L-applikanti li japplikaw qabel ma jlestu r-reġistrazzjoni tar-residenza jistgħu jirċievu ċertifikat proviżorju.


Min huwa eliġibbli għas-Servizz?


Servizzi tas-saħħa jistgħu jiġu mitluba minn:

  1. Ċittadini tal-UE li temporanjament qed joqgħodu f'Malta
  2. Ċittidani mir-Renju Unit li qed iżuru jew jirresjedu f'Malta
  3. Persuni koperti mil-leġiżlazzjoni tas-Sigurtà Soċjali Maltija
  4. Detenturi ta' dokumentazzjoni valida ta' intitolament għall-EHIC, GHIC, S1, jew RHA
  5. Persuni intitolati għal kura tas-saħħa pubblika bla ħlas skont il-leġiżlazzjoni Maltija


Aċċess għas-Servizzi tal-Kura tas-Saħħa f'Malta


Kura ta' emerġenza tista' tiġi mitluba mingħajr ħlas għal persuni intitolati fuq:

Sptar Mater Dei, Msida, Tel: +356 2545 0000

Sptar Ġeneral t'Għawdex, Tel: +356 2156 1600

Ċentri tas-Saħħa madwar Malta u Għawdex.


F'emerġenzi akuti, il-pazjenti jistgħu jċemplu 112 għal ambulanza jew mur direttament għand id-Dipartiment tal-Aċċidenti u l-Emerġenza.


Kura dentali ta' emerġenza hija mingħajr ħlas għal persuni intitolati fl-isptar Mater Dei u fiċ-ċentri tas-saħħa. L-aċċess għall-kura dentali pubblika huwa limitat. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, il-kura dentali tingħata privatament u titħallas direttament mill-pazjent. Dawn l-ispejjeż mhumiex rimborsabbli.


Mediċina preskritta waqt kura fl-isptar, jew għall-ewwel tlett ijiem wara l-ħruġ mill-isptar, tingħata mingħajr ħlas għal persuni intitolati. Il-mediċina preskritta wara dan il-perijodu trid titħallas kollha kemm hi mill-pazjent u dawn l-ispejjeż mhumiex rimborsabbli.


Trasport ta' ambulanza lejn l-isptar huwa kopert għal detenturi ta’ EHIC valida u persuni intitolati għal kura tas-saħħa pubblika f’Malta.


Persuni li jeħtieġu dijalisi, terapija bl-ossiġnu, jew kimoterapija waqt iż-żjara tagħhom f'Malta għandhom jagħmlu appuntamenti minn qabel.


Għal dijalisi renali kkuntattja:

Mater Dei Hospital – Renal Unit

Reception Area: +356 2545 6079 / +356 2545 6080

Peritoneal Dialysis Area: +356 2545 6096


Għal terapija bl-ossiġnu kkuntattja:

Mater Dei Hospital – Pharmaceutical Services

Tel: +356 2545 6535


Id-dijalisi renali u t-terapija bl-ossiġnu huma pprovduti mingħajr ħlas mal-preżentazzjoni ta' EHIC valida jew prova ta' intitolament għal kura tas-saħħa pubblika.


X'inhuma l-obbligi tal-Viżitatur?


Il-viżitaturi li jaċċessaw is-servizzi tal-kura tas-saħħa f'Malta huma meħtieġa li:

  1. Jippreżentaw dokumentazzjoni valida ta' intitolament fejn applikabbli
  2. Jieħdu dokumenti ta' identifikazzjoni meta jżuru sptar jew ċentru tas-saħħa
  3. Jagħmlu appuntamenti minn qabel għal trattamenti speċjalizzati fejn meħtieġ
  4. Iħallsu għal kura tas-saħħa li mhux koperta minn skemi ta' intitolament


X'se jipprovdi d-Dipartiment / Unit inkambju?


Il-viżitaturi eliġibbli se jkollhom aċċess għal trattament ta’ emerġenza permess tas-sistema tas-saħħa ta’ Malta skont ir-regolamenti u l-ftehim internazzjonali.


Dan jikludi aċċess għal:

  1. Sptarijiet pubbliċi u ċentri tas-saħħa
  2. Servizzi ta' emerġenza
  3. Trasport bl-ambulanza f'emerġenzi
  4. Trattamenti speċjalizzati soġġetti għal kundizzjonijiet ta' intitolament
Fornituri tal-Kura tas-Saħħa
Għandek bżonn issib Spiżeriji, Ċentri tas-Saħħa u Dispensarji Distrettwali f’Malta u Għawdex? Iċċekkja l-Health Site Finder tagħna!