Jien student. Għandi Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC) valida maħruġa minn pajjiżi. Għandi bżonn nieħu assigurazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż li fih qed ngħix fl-UE?

LE – Studenti li se jitilqu minn pajjiżhom biex jistudjaw temporanjament jistgħu jużaw l-EHIC maħruġa minn pajjiżhom. Għalhekk, m'għandekx bżonn tieħu assigurazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż fejn qed tistudja. Madankollu, ikollok bżonn tieħu assigurazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż fejn qed tistudja jekk:

  1. Issir resident permanenti fil-pajjiż fejn qed tistudja;
  2. Tibda taħdem fil-pajjiż fejn qed tistudja.


Fil-każijiet imsemmija hawn fuq, l-EHIC tiegħek maħruġa minn Malta trid tiġi rritornata.

This page was last updated on: Awwissu 27, 2026 10:46 am