L-EHIC Tkompli Tgħin lill-Persuni li Jivvjaġġaw fl-Ewropa

Il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC) tkompli tipprovdi għajnuna importanti lil persuni assigurati f'Malta li jkollhom bżonn kura medika neċessarja waqt żjara temporanja f'pajjiż Ewropew ieħor.

Servizz riċenti ta' TVM News enfasizza l-importanza tal-EHIC u semma kif aktar minn 325,000 resident f'Malta bħalissa għandhom waħda valida. Barra minn hekk, matul l-2025, kien hemm 1,540 persuna li użawha sabiex jirċievu kura medika urġenti fi sptarijiet pubbliċi madwar l-Ewropa.

L-Entitlement Unit iħeġġeġ lill-pubbliku biex jiċċekja li l-EHIC tkun valida qabel ma jivvjaġġa. Filwaqt li l-karta tagħti aċċess għal kura medika meħtieġa mis-sistema tas-saħħa (pubblika) tal-pajjiż li tkun qed iżżur, din m'għandhiex titqies bħala sostitut għall-assigurazzjoni komprensiva tal-ivvjaġġar.

Aktar informazzjoni disponibbli hawn.

Aqsam dan l-artiklu
Facebook
Twitter
LinkedIn

NIŻŻEL L-APP TAGĦNA

Tista' tniżżel l-app tal-mowbajl tagħna minn Google Play jew mill-Apple App Store u tużaha biex titlob dokumenti tal-intitolament u ħafna aktar

AĦBARIJIET RIĊENTI

The European Health...

The EU Entitlement...

Ritratti: Europe Direct...

Yet again the...