Taħriġ mill-NCPE għar-Riċertifikazzjoni tal-Marka tal-Ugwaljanza

Fil-25 ta’ Ġunju 2026, uħud mill-uffiċjali tad-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa/Entitlement Unit ingħataw taħriġ minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) bħala parti mill-proċess ta’ riċertifikazzjoni tal-Marka tal-Ugwaljanza tal-NCPE.

Dan it-taħriġ kien opportunità biex jiġu diskussi suġġetti relatati mal-ugwaljanza u l-inklużjoni li jikkontribwixxu għal ambjent professjonali aktar ġust u rispettuż.

Id-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa/l-Entitlement Unit jirringrazzja lir-rappreżentanti tal-NCPE għall-ħin u l-kontribut tagħhom biex isir dan it-taħriġ, kif ukoll lill-uffiċjali li ħadu sehem.

Għal aktar informazzjoni dwar il-Marka tal-Ugwaljanza li kiseb id-Direttorat, jekk jogħġbok ikklikja hawn.

Ritratt: Samuel Scicluna

Aqsam dan l-artiklu
Facebook
Twitter
LinkedIn

NIŻŻEL L-APP TAGĦNA

Tista' tniżżel l-app tal-mowbajl tagħna minn Google Play jew mill-Apple App Store u tużaha biex titlob dokumenti tal-intitolament u ħafna aktar

AĦBARIJIET RIĊENTI

The EU Entitlement...

Ritratti: Europe Direct...

Yet again the...

The EU Entitlement...