Fil-25 ta’ Ġunju 2026, uħud mill-uffiċjali tad-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa/Entitlement Unit ingħataw taħriġ minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) bħala parti mill-proċess ta’ riċertifikazzjoni tal-Marka tal-Ugwaljanza tal-NCPE.
Dan it-taħriġ kien opportunità biex jiġu diskussi suġġetti relatati mal-ugwaljanza u l-inklużjoni li jikkontribwixxu għal ambjent professjonali aktar ġust u rispettuż.
Id-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa/l-Entitlement Unit jirringrazzja lir-rappreżentanti tal-NCPE għall-ħin u l-kontribut tagħhom biex isir dan it-taħriġ, kif ukoll lill-uffiċjali li ħadu sehem.
Għal aktar informazzjoni dwar il-Marka tal-Ugwaljanza li kiseb id-Direttorat, jekk jogħġbok ikklikja hawn.
Ritratt: Samuel Scicluna
