Jum L-Ewropa 2026: Involviment mall-Pubbliku

L-EU Entitlement Unit fi ħdan id-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa mill-ġdid ha sehem fl-attivitajiet ta’ Jum l-Ewropa li saru f’Malta u Għawdex.

L-attivitajiet, li saru kemm fil-Belt Valletta kif ukoll fil-ġonna ta’ Villa Rundle fir-Rabat, Għawdex, ġew organizzati mis-Servizzi Ewropej f’Malta flimkien ma’ Europe Direct, u taw l-opportunità lill-pubbliku jżur stands ta’ informazzjoni dwar servizzi u inizjattivi tal-Unjoni Ewropea.

Matul l-avvenimenti, rappreżentanti tal- Entitlement Unit iltaqgħu mal-viżitaturi u pprovdew informazzjoni dwar is-servizzi offruti, inkluż il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC) u mezzi oħra tal-kura tas-saħħa li jistgħu jibbenefikaw minnhom iċ-ċittadini tal-UE.

Il-parteċipazzjoni f’dawn l-attivitajiet tkompli jkollha rwol importanti biex tissaħħaħ il-kuxjenza dwar is-servizzi relatati mal-UE u biex iċ-ċittadini jkunu aktar infurmati dwar l-appoġġ u s-servizzi offruti lilhom.

Aktar informazzjoni disponibbli hawn u hawn.

Ritratti: SEM, Michelle Galea, Europe Direct Gozo, Victoria Abela

Aqsam dan l-artiklu
Facebook
Twitter
LinkedIn

NIŻŻEL L-APP TAGĦNA

Tista' tniżżel l-app tal-mowbajl tagħna minn Google Play jew mill-Apple App Store u tużaha biex titlob dokumenti tal-intitolament u ħafna aktar

AĦBARIJIET RIĊENTI

The EU Entitlement...

Ritratti: Europe Direct...

Yet again the...

The EU Entitlement...