Il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC) qed tiġi awtomatikament imġedda, kif applikabbli, xahar (1) qabel id-data ta' skadenza tagħha abbażi tad-dritt tiegħek għall-kura tas-saħħa pubblika f'Malta. Il-Karta EHIC imġedda tiegħek tintbagħat fl-indirizz residenzjali tiegħek. Għandek tirċeviha mhux aktar tard minn ħmistax-il (15) jum qabel id-data ta' skadenza tal-karta attwali tiegħek. Jekk ikollna bżonn iktar informazzjoni biex niġġeddu l-EHIC, aħna nikkuntattjawk.
Jekk l-EHIC tiegħek skadiet qabel Marzu 2023, inti mitlub tapplika għal EHIC ġdida billi tagħfas hawn.
Jekk għandek bżonn tiġġedded l-EHIC tiegħek minħabba bidla fl-isem, tista' tapplika għal EHIC ġdida billi tagħfas hawn, filwaqt li tehmeż l-EHIC il-qadima mal-applikazzjoni tiegħek.