Jien pensjonant li se ngħix barra minn Malta. Ingħatajt il-formola S1 – iżda ma nistax nikseb l-istess servizzi tal-kura tas-saħħa li kont imdorri bihom f'pajjiżi, fil-pajjiż il-ġdid ta' residenza tiegħi. Dan hu normali?

Inti tirċievi kura bħallikieku kont assigurat fil-pajjiż il-ġdid ta’ residenza tiegħek, bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini hemmhekk. Madankollu, dan mhux bilfors ifisser li ser ikollok aċċess għall-istess servizzi eżatti bħal f’pajjiżek. Is-servizzi tal-kura tas-saħħa jvarjaw b’mod sinifikanti madwar l-UE, peress li kull pajjiż jiddeċiedi dwar is-sistema tal-kura tas-saħħa tiegħu. Kun żgur li tikkuntattja lill- awtoritajiet relevanti qabel ma tiċċaqlaq barra minn pajjiżek biex titlob informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tiegħek fil-pajjiż il-ġdid ta’ residenza tiegħek.


Jekk tivvjaġġa lejn pajjiżi oħra jew fil-pajjiż li inti għadek suġġett għalih, tista' tuża EHIC biex tirċievi kwalunkwe kura medika li ssir meħtieġa waqt iż-żjara tiegħek hemmhekk.

This page was last updated on: Lulju 9, 2026 7:37 am