Jien pensjonant li ngħix f'pajjiż ieħor tal-UE. Liema pajjiż huwa responsabbli mill-kura tas-saħħa tiegħi?

Il-pajjiż li jittratta l-kura tas-saħħa tiegħek huwa l-pajjiż li jħallas il-pensjoni tiegħek. Jekk tirċievi pensjoni minn aktar minn pajjiż wieħed u wieħed minnhom huwa l-pajjiż fejn tgħix, dan il-pajjiż ikun responsabbli għall-kopertura tal-kura tas-saħħa tiegħek, u dik tal-membri tal-familja tiegħek.


Jekk ma tirċevix pensjoni jew xi dħul ieħor mill-pajjiż fejn tgħix, int u l-familja tiegħek tirċievu kura medika hemmhekk jekk tkunu intitolati għal kura medika fil-pajjiż li jħallas il-pensjoni tiegħek.

This page was last updated on: Awwissu 27, 2026 11:05 am