Kif inġedded S1?

Biex tiġġedded l-S1, wieħed irid jerġa' japplika għal Dokument A1. La darba tinħareġ l-A1, din trid tintbagħat lill-Entitlement Unit fuq [email protected].


L-S1 maħruġa se tkun valida skont id-dati speċifikati fuq id-dokument A1 tiegħek.


L-applikazzjoni, inklużi d-dokumenti kollha meħtieġa (A1), se tiġi pproċessata fl-istess jum li tiġi riċevuta. Id-dokument S1 irreġistrat se jintbagħat permezz tal-EESSI (Skambju Elettroniku ta' Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali) lill-Istituzzjoni fl-istat membru fejn se tirrisjedi.

This page was last updated on: Lulju 9, 2026 7:33 am