Kif napplika għal nuċċali b'xejn?
Tista' tibbukja appuntament billi tikkuntattja Primary HealthCare (Public Health Centers) fuq 21231231 / 21222444 jew bil-posta elettronika [email protected]. Inkella, tista' żżur klinika privata bi spejjeż tiegħek.
Nista' nibbukja appuntament mal-Entitlement Unit?
Le. L-Unità tal-Intitolamenti ma tieħux ħsieb appuntamenti. L-appuntamenti jridu jiġu bbukkjati ma' Primary HealthCare (Public Health Centers) fuq 21231231 / 21222444 jew [email protected], jew ma' klinika privata bi spejjeż tiegħek.
IMPORTANTI – Jekk jogħġbok aqra sew:
- Lentijiet b'viżjoni waħda biss (mill-bogħod u/jew mill-viċin) huma koperti.
- L-approvazzjoni se tkun għal perijodu ta' sena (12 -il xahar).
- L-applikazzjonijiet għal nuċċalijiet b’xejn jistgħu jsiru biss wara 12-il xahar mid-data tal-aħħar riċetta eż. jekk l-aħħar riċetta tiegħek kienet datata 1/12/22, ir-riċetta li jmiss tiegħek għandha tkun datata 2/12/23 jew aktar tard.
- L-ebda rifużjoni ta' spejjeż żejda fuq nuċċalijiet ordnati eż. frejms differenti minn dak offrut, lentijiet b'indiċi għoli (irqaq), eċċ.
- Il-bdil tal-lentijiet mhux kopert: Jekk jogħġbok ikkonferma minn qabel mal-optometrista tiegħek li r-riċetta hija korretta.
- Tiswijiet m'humiex koperti. Il-klijenti huma responsabbli għall-kura u l-użu tan-nuċċali wara li jkun ġie ikkonsinjat.
X'għandek tagħmel:
- Żur optometrista għal riċetta.
- Ir-riċetta tat-tabib trid tkun originali u miktuba in full fuq il- formula intitolata ‘PRESCRIPTION FOR FREE SPECTACLES’ of the Department of Health (ara l-istampa). Kemm ir-riċetta, kif ukoll il- il-carbon copy tal-karta r-roża huma rikjesti.
Jekk ikunu meħtieġa żewġ pari (mill-bogħod u mill-viċin), dan irid jiġi indikat fuq l-istess riċetta.
Specimen – click here.
Inkludi:
- Kopja valida tal- karta r-roża mgħotija mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali Dettalji hawnhekk JEW
- Kopja valida tal- official, valid Schedule V document (all pages), miksub mill-POYC (Pharmacy of Your Choice). Dettalji hawnhekk.
- L-indirizz tad-dar tiegħek (fejn tirċievi r-risposta) u numru tat-telefown
Dokumenti skaduti jew mhux kompluti mhumiex aċċettati.
Imposta r- riċetta oriġinali ffirmata (kemm kopji bojod kif ukoll roża) u kopji tal- Karta r-roża/Dokument Schedule V lil Entitlement Unit, Ground Floor, Ex-Outpatients Block, St. Luke’s Hospital, G’Mangia Hill, G’Mangia
Jekk inti intitolat/a, tirċievi dokument bil-posta li jinfurmak fejn għandek tieħu r-riċetta u d-dokumenti biex tagħmel in-nuċċali tiegħek.