Nista' nġedded l-EHIC tiegħi?

Jekk l-EHIC tiegħek tiskadi wara Marzu 2023, din tiġġedded awtomatikament, kif applikabbli, xahar (1) qabel id-data ta' skadenza tagħha abbażi tal-intitolament tiegħek għall-kura tas-saħħa pubblika f'Malta. L-EHIC tiegħek tintbagħat bil-posta fl-indirizz residenzjali tiegħek. Jekk ikollna bżonn aktar informazzjoni biex inġeddulek l-EHIC, aħna nikkuntattjawk.


Jekk l-EHIC tiegħek skadiet qabel Marzu 2023, int mitlub tapplika għal EHIC ġdida billi tagħżel waħda mill-għażliet hawn taħt:

  • Bl- e-ID, billi tikklikkja hawn;
  • Niżżel il-formola tal-applikazzjoni hawn, imliha u ibgħatha fuq l-indirizz postali indikat.
This page was last updated on: Lulju 2, 2026 9:42 am