Kif tikseb Ċertifikat ta’ Ftehim Reċiproku għall-Kura tas-Saħħa (RHA)


Reġistrazzjoni għad-Dritt għall-Kura tas-Saħħa għaċ-Ċittadini tar-Renju Unit taħt il-Ftehim Reċiproku tas-Saħħa bejn Malta u r-Renju Unit.


L-għan ta' din l-iskema ta' reġistrazzjoni huwa li tiffaċilita l-aċċess għas-servizzi nazzjonali tal-kura tas-saħħa pubblika għaċ-ċittadini tar-Renju Unit li altrimenti ma jkunux intitolati.


Aqra din l-informazzjoni biex tikseb dan is-servizz:



Deskrizzjoni

  1. Persuni reġistrati mal-Entitlement Unit taħt din l-iskema jingħataw ċertifikat ta' intitolament, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ iċ-Ċertifikat tal-Intitolament RHA.
  2. Persuni li jingħataw iċ-Ċertifikat tal-Intitolament RHA jkunu intitolati għal servizzi tal-kura tas-saħħa b'xejn ġewwa istituzzjonijiet pubbliċi tal-kura tas-saħħa lokali fuq bażi ta' in-patient u out-patient kif ukoll servizzi speċjaliżżati oħra pprovduti għaċ-ċittadini Maltin.



Detenturi taċ-Ċertifikat tal-Intitolament RHA ma jkunux intitolati għal:

  1. Trattament barra minn Malta, inkluż fir-Renju Unit
  2. Il-Card Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC)
  3. Long-term care and services provided for under the Social Security Act and other legislation (inkluż mediċina b'xejn taħt l-iskema tal-Iskeda V tal-POYC).



Min huwa eliġibbli għas-Servizz?

Detenturi ta' passaport tar-Renju Unit li huma residenti ordinarji ġewwa Malta u li mhumiex koperti għall-kura tas-saħħa permezz tar-Regolamenti tal-UE dwar il-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali.



Applikazzjoni għaċ-Ċertifikat tal-Intitolament RHA.

Ir-reġistrazzjoni għal din l-iskema tirrikjedi li tiġi sottomessa formola ta' applikazzjoni separata għal kull persuna.

  1. Kopja ta' passaport validu tar-Renju Unit hija meħtieġa ma' kull applikazzjoni għaċ-Ċertifikat RHA:
  2. Jekk qed tapplika personalment, trid tippreżenta l-passaport validu tiegħek.
  3. Jekk qed tibgħat il-formola tal-applikazzjoni bl-email jew qed tapplika elettronikament, jekk jogħġbok inkludi kopja tal-passaport validu tiegħek.
  4. Persuni li għad m'għandhomx permess ta' residenza Maltija jistgħu xorta waħda japplikaw għal din l-iskema billi jippreżentaw ittra uffiċjali ta' rikonoxximent/Irċevuta Interim minn Identity Malta u tingħata Ċertifikat Proviżorju validu għal sena (1) waħda.



Tista’ tapplika billi:

  1. Niżżel formola billi tikklikkja hawn, imliha u ibgħatha fl-indirizz postali indikat hawn taħt.
  2. Tiġbor formola tal-applikazzjoni mill- Entitlement Unit u tirritornaha lill- Ground Floor, Ex-Outpatient Block, St Luke’s Hospital, G’Mangia Hill, G’Mangia, Malta.



Tiġdid ta' Ċertifikat tal-Intitolament RHA

Iċ-ċertifikat maħruġ ikun validu għal (2) sentejn. L-applikazzjonijiet għat-tiġdid jiġu aċċettati sa (1) xahar qabel id-data ta' skadenza. Fejn qed tapplika qabel id-data ta' skadenza taċ-ċertifikat, il-karta li għadha valida trid tiġi sottomessa mal-applikazzjoni għal ċertifikat gdid biex jinħareġ.



X'inhuma l-obbligi tal-Applikanti?

L-applikanti huma obbligati li jipprovdu informazzjoni korretta u d-dokumenti kollha mitluba mill-Entitlement Unit. Applikazzjonijiet li mhux mimlija sew jew nieqsa minn xi dokumentazzjoni ma jiġux ipproċessati.

Karta tal-Identità Maltija valida trid tiġi ppreżentata kull darba li d-detentur taċ-ċertifikat jeħtieġ servizzi ta' in-patient jew out-patient f'istituzzjonijiet pubbliċi tal-kura tas-saħħa.



L-Entitlement Unit trid tigi infurmata jekk detentur taċ-ċertifikat:

  1. Imut
  2. Jibda jahdem jew jibda jirċievi pensjoni minn pajjiż ieħor
  3. Jibdel l-indirizz f'Malta, jew imur f'pajjiż ieħor inkluż ir-Renju Unit.



X'se jipprovdi l-Entitlement Unit lura?

L-Entitlement Unit se jipproċessa ċ-Ċertifikat tal-Intitolament RHA fl-istess jum tal-wasla tal-applikazzjoni inklużi d-dokumenti kollha meħtieġa. Iċ-ċertifikat jingħata liċ-ċittadin jew jintbaghat bil-posta fl-istess jum.