L-Intitolament skont l-Istatus ta' Protezzjoni
1. Status: Qabel l-applikazzjoni għall-protezzjoni
L-Intitolament għas-Saħħa: Kura tas-saħħa ta’ emerġenza u trattament essenzjali ta’ mard, inkluż dak ta’ kundizzjonijiet psikoloġiċi serji.
2. Status: Applikant għall-ażil/applikant għall-protezzjoni internazzjonali
L-Intitolament għas-Saħħa: Il-kura tas-saħħa meħtieġa ta’ emerġenza u trattament essenzjali ta’ mard u ta’ disturbi mentali serji. Assistenza medika jew assistenza oħra meħtieġa lil applikanti bi bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza, inkluż kura tas-saħħa mentali xierqa fejn ikun meħtieġ.
Status: Status ta’ Refuġjat (Il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra, 1951, u Regolament (UE) 2024/1347)
L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika tal-Istat.
Membri tal-familja ta’ persuna mogħtija status ta’ refuġjat, jekk ikunu f’Malta fil-mument tad-deċiżjoni jew jekk jingħaqdu magħha f’Malta, igawdu l-istess drittijiet u benefiċċji bħala rifuġjati sabiex tkun tista’ tinżamm l-għaqda tal-familja.
4. Status: Subsidiary Protection Status (Regolament (UE) 2024/1347)
L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika tal-Istat.
Membri tal-familja ta’ persuna mogħtija protezzjoni sussidjarja, jekk ikunu f’Malta fiż-żmien tad-deċiżjoni, igawdu l-istess drittijiet u benefiċċji bħall-persuna li tgawdi status ta’ protezzjoni sussidjarja sabiex tkun tista’ tinżamm l-għaqda tal-familja.
5. Status: Status ta’ Protezzjoni Umanitarja Temporanja (Art. 17A tal-Att Dwar il-Protezzjoni Internazzjonali)
L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika tal-Istat.
6. Status: Applikazzjoni għall-ażil irrifjutata
L-Intitolament għas-Saħħa: Assistenza medika li ssalva l-ħajja.
7. Status: Min jappella d-deċiżjoni tal-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali
(Applikant għall-ażil/applikant għall-protezzjoni internazzjonali)
NB – L-istatus legali ta’ min jappella jerġa’ lura għal dak ta’ min qed japplika għall-ażil/għall-protezzjoni internazzjonali.
L-Intitolament għas-Saħħa: Il-kura tas-saħħa meħtieġa ta’ emerġenza u trattament essenzjali ta’ mard u ta’ disturbi mentali serji. Assistenza medika jew assistenza oħra meħtieġa lil applikanti bi bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza, inkluż kura tas-saħħa mentali xierqa fejn ikun meħtieġ.
8. Status: Awtorizzazzjoni ta’ Residenza Speċifika (SRA)
L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika tal-Istat (Regoli tal-Awtorizzazzjoni ta’ Residenza Speċifika tal-2020).
9. Status: Vittmi tat-Traffikar ta’ Bnedmin (pajjiżi terzi)
Importanti: Tapplika biss għal persuni rikonoxxuti bħala vittmi tat-traffikar ta’ bnedmin skont LS 217.07
1. Waqt il-Perjodu ta’ Riflessjoni
L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika ta’ emerġenza, attenzjoni għall-bżonijiet ta’ dawk l-aktar vulnerabbli w għajnuna psikoloġika (LS 217.07 Art. 3 (5) (ii, iii and iv)).
2. Wara li jinħareġ il-Permess ta’ Residenza
L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika ta’ emerġenza (tkompli), għajnuna psikoloġika (tkompli) u kura medika neċessarja jew xi għajnuna oħra, meta il-persuna ma jkolliex ir-riżorsi suffiċjenti, u għanda bżonnijiet speċjali bħal fil-każ ta’ nisa tqal, persuni b’disabilità, vittimi ta’ vjolenza sesswali jew xi forma oħra ta’ vjolenza, u minuri (LS 217.07 Art. 5 (3)).
10. Status: Persuni ġejjin mill-Ukrajna – Status ta’ Protezzjoni Temporanja (Direttiva 2001/55/EC)
L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika (inkluż, tal-inqas, kura tas-saħħa ta’ emerġenza ta’ natura essenzjali u trattament essenzjali ta’ mard)