Talbiet għal spejjeż mediċi i ntefqu waqt żjara temporanja fi Stat Membru ieħor tal-UE

Jekk, waqt żjara temporanja fi Stat Membru ieħor tal-UE, kellek xi spejjeż għal xi trattament mediku, tista’ tkun intitolat/a sabiex terġa titħallas lura ta’ dawn.

Biex tkun taf intix intitolat/a, jekk jogħġbok issottometti t-talba tiegħek lill-Entitlement Unit sabiex dan ikun jista’ jikkomunika mal-awtoritajiet tal-pajjiż fejn inteffqu l-ispejjeż. B’hekk ikun jista’ jiġi stabbilit jekk intix intitolat/a titħallas lura u l-ammont li jrid jithallas lura sabiex ikun assigurat li int tkun trattat/a bl-istess mod bħaċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru partikolari tal-UE/ŻEE.

Int ġentilment mitlub/a tibgħatilna il-formola tat-talba mimlija flimkien ma rapport mediku u l-irċevuti oriġinali għall-ispejjeż li tkun infaqt. It-talba tiegħek tista’ tittardja jew tista’ tkun miċħuda jekk ma tipprovdix l-irċevuti oriġinali.

Il-formola mimlija flimkien mal-evidenza għandha tintbgħat lil:

Entitlement Unit
Is-sular t’isfel,
Ex-Outpatient Block,
Sptar San Luqa,
It-Telgħa ta’ Gwardamangia,
G’Mangia PTA 1010
Malta
Tel: +356 2595 2400
e-mail: entitlement.health@gov.mt
website: http://www.ehic.gov.mt

Ħinijiet tal-ftuħ:
Sajf u Xitwa
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa
8.00 – 13.00

L-Entitlement Unit tagħmel dak li hu possibli sabiex tħaffef din il-proċedura. Minkejja dan, l-iStati Membri differenti tal-UE/ ŻEE iwieġbu skond skedi differenti.

Passi biex titlob spejjeż mediċi li ntefqu waqt żjara temporanja fi Stat Membru ieħor tal-UE

1

Niżżel il-formola tal-applikazzjoni

2

Imla l-formola u ehmeż l-evidenza tal-ispejjeż

3

Ibgħat kollox lill-Entitlement Unit

 

4

Aħna nikkomunikaw mal-iStat Membru l-ieħor u ninfurmawk bid-deċiżjoni

Was this Helpful? / Dil-paġna kienet ta’ għajnuna?
Details / Dettalji

Din il-paġna ġiet aġġornata fis-27 ta’ Novembru 2019