L-intitolament għar-Refuġjati u l-Migranti

1. Status: Qabel l-applikazzjoni għall-protezzjoni

L-Intitolament għas-Saħħa: Kura tas-saħħa ta’ emerġenza u trattament essenzjali ta’ mard, inkluż dak ta’ kundizzjonijiet psikoloġiċi serji.

2. Status: Applikant għall-ażil/applikant għall-protezzjoni internazzjonali

L-Intitolament għas-Saħħa: Il-kura tas-saħħa meħtieġa ta’ emerġenza u trattament essenzjali ta’ mard u ta’ disturbi mentali serji. Assistenza medika jew assistenza oħra meħtieġa lil applikanti bi bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza, inkluż kura tas-saħħa mentali xierqa fejn ikun meħtieġ.

3. Status: Status ta’ Refuġjat (Il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra, 1951)

L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika tal-Istat.

Membri  tal-familja  ta’  persuna  mogħtija  status  ta’ refuġjat, jekk ikunu f’Malta fil-mument tad-deċiżjoni jew jekk jingħaqdu magħha f’Malta, igawdu l-istess drittijiet u benefiċċji bħala rifuġjati sabiex tkun tista’ tinżamm l-għaqda tal-familja.

4. Status: Status ta’ Protezzjoni Sussidjarja (Art. 15 tad-Direttiva 2011/95/UE)

L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika tal-Istat.

Membri  tal-familja  ta’  persuna  mogħtija  protezzjoni sussidjarja,  jekk  ikunu  f’Malta  fiż-żmien  tad-deċiżjoni, igawdu l-istess drittijiet u benefiċċji bħall-persuna  li  tgawdi  status  ta’  protezzjoni  sussidjarja sabiex tkun tista’ tinżamm l-għaqda tal-familja.

5. Status: Status ta’ Protezzjoni Umanitarja Temporanja.

L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika tal-Istat.

6. Status: Applikazzjoni għall-ażil irrifjutata

L-Intitolament għas-Saħħa: Assistenza medika li ssalva l-ħajja.

7. Status: Min jappella d-deċiżjoni tal-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali (Applikant għall-ażil/applikant għall-protezzjoni internazzjonali)

NB – L-istatus legali ta’ min jappella  jerġa’ lura għal dak ta’ min qed japplika għall-ażil/għall-protezzjoni internazzjonali.

L-Intitolament għas-Saħħa: Il-kura tas-saħħa meħtieġa ta’ emerġenza u trattament essenzjali ta’ mard u ta’ disturbi mentali serji. Assistenza medika jew assistenza oħra meħtieġa lil applikanti bi bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza, inkluż kura tas-saħħa mentali xierqa fejn ikun meħtieġ.

8. Status: Awtorizzazzjoni ta’ Residenza Speċifika (SRA)

L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika tal-Istat, skont ir-Regoli tal-Awtorizzazzjoni ta’ Residenza Speċifika tal-2020.

9. Status: Vittmi tat-traffikar ta’ bnedmin

L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika w għajnuna psikoloġika ta’ emerġenza, skont SL 217.07 Para 5 (II) u (IV).

10. Status: Persuni ġejjin mill-UkrajnaStatus ta’ Protezzjoni Temporanja (2001/55/EC)

L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika (inkluż, tal-inqas, kura tas-saħħa ta’ emerġenza ta’ natura essenzjali u trattament essenzjali ta’ mard)

Was this Helpful? / Dil-paġna kienet ta’ għajnuna?
Details / Dettalji

Din il-paġna ġiet aġġornata fis-16 ta’ Jannar 2024
Skip to content