Malta: L-Ewwel Pajjiż bid-99 BUC operazzjonali

Meet the Malta Team

Prosit lit-tim tal-EESSI ta’ Malta!

X’inhuma l-fatturi li waslu għal dan is-suċċess?

  • Sa mill-bidu nett Malta għarfet il-kumplessità tas-sistema tal-EESSI (Electronic Exchange of Social Security Information – l-iSkambju Elettroniku tal-Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali).
  • Dawn l-aħħar sentejn ġew organizzati numru ta’ seminars ta’ informazzjoni, fuq bażi regolari, mal-uffiċjali kif ukoll ma’ stakeholders fuq livell għoli. Il-partijiet kollha involuti kienu preparati għal din is-sistema w il-bidla li ġabet magħha.
  • It-tim dedikat w iffukat tal-EESSI ta’ Malta jikkonsisti minn esperti tekniċi kif ukoll esperti tal-operat stess. Skont pjan nazzjonali tal-EESSI li kellu diversi stadji u li tfassal mit-tim stess,it-tim kien kommess li joħroġ live bil-BUCs (Business Use Cases) kollha sal-fażi operattiva ta’ Gunju 2019.
  • Għall-preparazzjoni tal-EESSI kienet saret ukoll analiżi tat-taħriġ meħtieġ. Ġew applikati metodi differenti ta’ taħriġ inkluż taħriġ fi gruppi, tagħlim prattiku u mentoraġġ.
  • lt-tim Malti tal-EESSI lest li jikkollabora ma’ kollegi tal-EESSI minn pajjizi oħrajn għal skambju ta’ għarfien.

 

“Being first [to be in Production with all BUCs] is not always great, it is a bit like a baby starting to walk, there will be falls. We will try to ensure that the falls will be as minimal as possible and used as a learning experience.”    Michelle Galea, EESSI SPOC

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Was this Helpful? / Dil-paġna kienet ta’ għajnuna?
Details / Dettalji