Kif tikseb Karta tal-Ftehim Reċiproku dwar il-Kura tas-Saħħa (RHA)

Reġistrazzjoni għall-Intitolament għal-Kura tas-Saħħa għaċ-Ċittadini tar-Renju Unit skond il-Ftehim Reċiproku dwar is-Saħħa bejn Malta u r-Renju Unit

Din l-iskema tiffaċilita’ l-aċċess għas-servizzi pubbliċi tal-kura tas-saħħa għaċ-Ċittadini tar-Renju Unit li altrimenti ma jkunux intitolati.

Segwi din l-informazzjoni għal dan is-servizz:

Deskrizzjoni

  • Persuni rreġistrati mal-Entitlement Unit taħt din l-iskema tinħarġilhom karta tal-intitolament magħrufa bħala RHA Entitlement Card.
  • Persuni li tinħarġilhom RHA Entitlement Card jkunu intitolati għal servizzi tal-kura tas-saħħa b’xejn f’istituzzjonijiet tas-saħħa lokali u pubbliċi fuq bażi ta’ in-patient u out-patient kif ukoll servizzi speċjalizzati oħrajn pprovduti liċ-ċittadini Maltin.

Persuni li tinħarġilhom RHA Entitlement Card mhumiex se jkunu intitolati għal:

  • Trattament barra mill-pajjiż inkluż ir-Renju Unit
  • il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa/European Health Insurance Card (EHIC)
  • Kura fit-tul u servizzi oħrajn previsti taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali u liġijiet oħrajn.

Mill-1 ta’ Lulju 2010, iċ-ċittadini tar-Renju Unit li jaqgħu taħt il-Ftehim Reċiproku dwar is-Saħħa bejn Malta u r-Renju Unit għandhom jippreżentaw l-RHA Entitlement Card il-ġdida jew iċ-Ċertifikat Proviżorju tal-Intitolament li jinħareġ skont dan il-ftehim sabiex ikollhom aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa pubbliċi.

Min hu eliġibbli għas-Servizz?

Persuni li għandhom passaport tar-Renju Unit, li jirresjedu Malta u li mhumiex intitolati għall-kura tas-saħħa permezz tar-Regolamenti tal-UE.

Biex tapplika għal-RHA Entitlement Card

Għal din l-iskema għandha tiġi sottomessa formola tal-applikazzjoni separata għal kull persuna.

Tista’ tapplika billi:

  • Downloading and application by tikklikkja hawn, fill it up and send on below indicated postal address.
  • Tiġbor il-formola tal-applikazzjoni mill-Entitlement Unit u tirritornaha s-sular t’isfel, Ex-Outpatient Block, Sptar San Luqa, It-Telgħa ta’ Gwardamangia, G’Mangia

NB: Applikanti li ma jistgħux jipprovdu kopja taċ-ċertifikat/permess ta’ residenza tagħhom mal-applikazzjoni xorta jistgħu japplikaw. Dawn jingħataw kopertura proviżorja biss.

Biex iġġedded l-RHA Entitlement Card

L-RHA Entitlement Card tkun valida għal sentejn. Applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-Card jintlaqgħu sa xahar qabel id-data ta’ skadenza. F’każijiet fejn persuna tapplika qabel id-data tal-iskadenza tal-Card, il-Card li tkun għadha valida trid tiġi sottomessa mal-applikazzjoni biex tinħareġ karta ġdida.

L-obbligi ta’ min japplika

L-applikanti għandhom ikunu ċerti illi l-informazzjoni kollha li jagħtu tkun korretta u li jipprovdu d-dokumenti meħtieġa kollha. Applikazzjonijiet li ma jkunux mimlijin sew jew mingħajr dokumenti ma jiġux ipproċessati. L-RHA Entitlement Card valida għandha tkun ippreżentata kull darba li l-persuna li għandha l-Card teħtieġ servizzi tal-isptar pubbliku jew ta’ kura tas-saħħa pubblika.
  

L-Entitlement Unit għandha tkun infurmata jekk persuna li nħarġitilha RHA Entitlement Card

  • Tmut
  • Tibda taħdem jew tibda tieħu pensjoni tal-istat minn pajjiż ieħor
  • Tbiddel l-indirizz f’Malta jew tittrasferixxi r-residenza tagħha f’pajjiż ieħor inkluż ir-Renju Unit.

L-Entitlement Unit x’se jipprovdi?

L-Entitlement Unit joħroġ l-RHA Entitlement Card fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn mindu tasallu l-applikazzjoni. Il-Cards jiġu ipproċessati skond meta jaslu l-applikazzjonijiet.

Passi biex tikseb l-RHA

1

Niżżel l-app

2

Agħżel biex tapplika għall-RHA

3

Imla l-informazzjoni mitluba

4

Tirċievi l-RHA fil-posta 

Was this Helpful? / Dil-paġna kienet ta’ għajnuna?
Details / Dettalji

Din il-paġna ġiet aġġornata fis-27 ta’ Novembru 2019