Kif tikseb Ċertifikat tal-Ftehim Reċiproku dwar il-Kura tas-Saħħa (RHA)
Reġistrazzjoni għall-Intitolament għall-Kura tas-Saħħa għaċ-Ċittadini tar-Renju Unit skont il-Ftehim Reċiproku dwar is-Saħħa bejn Malta u r-Renju Unit
Din l-iskema tiffaċilita l-aċċess għas-servizzi pubbliċi tal-kura tas-saħħa għaċ-Ċittadini tar-Renju Unit li altrimenti ma jkunux intitolati.
Segwi din l-informazzjoni għal dan is-servizz:
Deskrizzjoni
- Persuni rreġistrati mal-Entitlement Unit taħt din l-iskema jinħarġilhom ċertifikat tal-intitolament magħrufa bħala RHA Entitlement Certificate.
- Persuni li tinħarġilhom RHA Entitlement Certificate jkunu intitolati għal servizzi tal-kura tas-saħħa b’xejn f’istituzzjonijiet tas-saħħa lokali u pubbliċi fuq bażi ta’ in-patient u out-patient kif ukoll servizzi speċjalizzati oħrajn ipprovduti liċ-ċittadini Maltin.
Persuni li jinħarġilhom RHA Entitlement Certificate mhumiex se jkunu intitolati għal:
- Trattament barra mill-pajjiż inkluż ir-Renju Unit
- il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa/European Health Insurance Card (EHIC)
- Kura fit-tul u servizzi oħrajn previsti taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali u liġijiet oħrajn.
Min hu eliġibbli għas-Servizz?
Persuni li għandhom passaport tar-Renju Unit, li jirresjedu Malta u li mhumiex intitolati għall-kura tas-saħħa permezz tar-Regolamenti tal-UE.
Biex tapplika għal-RHA Entitlement Certificate
Għal din l-iskema għandha tiġi sottomessa formola tal-applikazzjoni separata għal kull persuna.
- Ma kull applikazzjkoni għandu jkunu ppreżentati kopja tal-Permess tar-Residenza f’Malta u kopja tal-passaport validu tar-Renju Unit. Persuni li ma jkollomx il-Permess tar-Residenza ta’ Malta, jistgħu japplikaw xorta waħda jekk ikollhom riċevuta temporanja mill-Aġenzija Identity Malta biex b’hekk ikunu koperti għas-servizz tas-saħħa b’mod temporanju.
Tista’ tapplika billi:
- Tniżżel il-formola tal-applikazzjoni billi tikklikkja hawn, timliha u u tibgħatha fuq l-indirizz postali indikat hawn taħt.
- Tiġbor il-formola tal-applikazzjoni mill-Entitlement Unit u tirritornaha s-sular t’isfel, Ex-Outpatient Block, Sptar San Luqa, It-Telgħa ta’ Gwardamangia, G’Mangia
NB: Applikanti li ma jistgħux jipprovdu kopja taċ-ċertifikat/permess ta’ residenza tagħhom mal-applikazzjoni xorta jistgħu japplikaw. Dawn jingħataw kopertura proviżorja biss.
Biex iġġedded l-RHA Entitlement Certificate
L-RHA Entitlement Certificate ikun validu għal sentejn. Applikazzjonijiet għat-tiġdid taċ-ċertifikat jintlaqgħu sa xahar qabel id-data ta’ skadenza. F’każijiet fejn persuna tapplika qabel id-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat, iċ-ċertifikat li jkun għadu validu irid jiġi sottomess mal-applikazzjoni biex jinħareġ ċertifikat ġdid.
L-obbligi ta’ min japplika
L-Entitlement Unit għandha tkun infurmata jekk persuna li nħarġitilha RHA Entitlement Certificate:
- Tmut
- Tibda taħdem jew tibda tieħu pensjoni tal-istat minn pajjiż ieħor
- Tbiddel l-indirizz f’Malta jew tittrasferixxi r-residenza tagħha f’pajjiż ieħor inkluż ir-Renju Unit.
L-Entitlement Unit x’se jipprovdi?
Passi biex tikseb l-RHA
1
Niżżel l-app
2
Agħżel biex tapplika għall-RHA
3
Imla l-informazzjoni mitluba
4
Tirċievi l-RHA fil-posta