Stqarrija tal-Missjoni

Ix-xogħol tad-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa huwa li jipprovdi pariri, joħroġ ċertifikazzjoni u jamministra talbiet relatati mal-Intitolament għall-Kura tas-Saħħa f’Malta skont it-termini tar-Regolamenti u l-Leġiżlazzjoni Nazzjonali tal-UE. It-tim jistinka biex jipprovdi informazzjoni u pariri preċiżi u fil-ħin, permezz ta’ servizz iċċentrat fuq il-klijent u huwa impenjat lejn kultura ta’ xogħol li tħaddan il-bidla u l-iżvilupp professjonali kontinwu. Il-kontabilità, l-integrità u l-profiċjenza huma valuri ewlenin fl-għoti tas-servizz tagħna filwaqt li nosservaw il-Karta Maltija tal-Kwalità tas-Servizz Pubbliku u l-Liġi dwar il-Protezzjoni tad-Data.

Funzjonijiet

L-Entitlement Unit, fi ħdan id-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa, li jinstab fil-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanita’ Attiva ta’ Malta, ġie stabbilit fl-2005 bħala l-korp ta’ kollegament nazzjonali għall-benefiċċji tal-kura tas-saħħa in natura skont it-termini tar-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea dwar il-Koordinazzjoni ta’ Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali; ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April tal-2004 dwar il-Kordinazzjoni ta’ Sistemi ta’ Sigurtà Soċjali, u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru tal-2009 li jistabbilixxi l-Proċedura għall-Implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-Koordinazzjoni tal-Iskemi ta’ Sigurtà Soċjali. Il-funzjonijiet prinċipali tad-Direttorat jinkludu l-ħruġ u r-reġistrazzjoni ta’ dokumenti ta’ intitolament, inkluża l-European Health Insurance Card (EHIC), S1 u S2, l-immaniġjar ta’ talbiet skont it-termini tar-regolamenti msemmija qabel, l-assistenza tal-klijenti permezz ta’ kuntatt dirett, servizz ġeneriku tal-posta elettronika u telefon. Għal iktar informazzjoni tista’ żżur is-sit tagħna fuq ehic.gov.mt.

Fl-2020 id-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa u l-Entitlement Unit ingħata ċ-ċertifikat tal-ISO 27001. Dan l-istandard jiffoka fuq is-sigurtà tal-informazzjoni u jassigura konformità msaħħa mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u leġiżlazzjoni oħra.

Picture2 footer malta interactive

Fl-2020 ukoll, id-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa u l-Entitlement Unit ġie ppremjat l-Equality Mark mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza bħala turija ta’ kif dan iħaddan l-ugwaljanza bħala prinċipju ċentrali għall-operat tiegħu.

Final EM logo

Responsabilitajiet

  • L-ipproċessar tad-dokumenti tal-intitolament skont ir-Regolament (EC) 883/04 u r-Regolament (EC) 987/09, inklużi l-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea (EHIC), il-formola S1 u l-formola S2.
  • Jassigura li ċ-ċittadini intitolati għall-kura tas-saħħa f’Malta huma intitolati għal kura fl-emerġenza waqt żjara temporanja fi Stat Membru ieħor tal-UE.
  • Jassigura l-intitolament għall-kura tas-saħħa ppjanata fi Stat Membru ieħor tal-UE, skont ir-Regolament (EC) 883/04 u r-Regolament (EC) 987/09.
  • Jassigura l-intitolament għall-kura tas-saħħa għall-pensjonanti minn Stati Membri tal-UE li jittrasferixxu r-residenza tagħhom lejn Malta jew ċittadini li jirċievu pensjoni ta’ Malta u jittrasferixxu r-residenza tagħhom lejn Stat Membru ieħor tal-UE.
  • Jipprepara l-karti meħtieġa sabiex jiġi provdut il-kura tas-saħħa lill-ħaddiema assigurati f’Malta u dawk stazzjonati fi Stat Membru ieħor tal-UE jew ħaddiema mill-UE stazzjonati f’Malta.
  • Jamministra mistoqsijiet dwar l-intitolament għall-kura tas-saħħa fi Stati Membri oħrajn tal-UE kif ukoll f’Malta.
  • L-ipproċessar u l-ħruġ tal-kontijiet għall-kura tas-saħħa pprovdut minn sptarijiet pubbliċi liċ-ċittadini tal-UE/EEA skont ir-Regolament (EC) 883/04 u r-Regolament (EC) 987/09.
  • Jivverfika l-kontijiet tal-ħlas għall-kura tas-saħħa (jew spejjeż għall-kura tas-saħħa f’pajjiż barrani) pprovdut minn Stati Membri oħrajn tal-UE/EEA liċ-ċittadini intitolati għall-kura tas-saħħa f’Malta.
  • Jassigura li l-miri tar-rappurtar dwar kwistjonijiet nazzjonali u tal-UE jkunu milħuqa.
  • Jilħaq ir-rakkomandazzjonijiet proposti mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditur.

Fejn ninstabu...

Was this Helpful? / Dil-paġna kienet ta’ għajnuna?
Details / Dettalji

Din il-paġna ġiet aġġornata fit-12 ta’ Frar 2024
Skip to content