L-Equality Mark ippremjat lid-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa u l-Entitlement Unit

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) ippremjat iċ-ċertifikat tal-Equality Mark lid-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa/l-Entitlement Unit. Iċ-ċertifikat ġie ppremjat waqt il-Konferenz­a Annwali mtellgħa mill-NCPE f’Ottubru tal-2020. Ir-riċertifikazzjoni ingħatat f’Mejju tal-2022.

Iċ-ċertifikat huwa prova tal-impenn tad-Direttorat, bħala tim, għall-ugwaljanza bejn is-sessi kif ukoll ir- rikonoxximent tal-potenzjal tal-impjegati kollha tiegħu. L-għoti tal-Equality Mark juri wkoll impenn għall-ħarsien tad-drittijiet tal-impjegati attwali tad-Direttorat u dawk prospettivi. Dan irrispettivament mis-sess tagħhom, mill-istat ċivili tagħhom, tqala jew potenzjal ta’ tqala, jew mill-fatt li l-persuni jkollhomx responsabbiltajiet ta’ kura għal persuni dipendenti.

Id-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa/l-Entitlement Unit joffri ambjent li jħaddan il-family-friendly measures u jimplimenta politika favur l-ugwaljanza bejn is-sessi u kontra l-fastidju sesswali.
Aktar informazzjoni dwar l-NCPE u l-Equality Mark hija disponibli hawn.

Was this Helpful? / Dil-paġna kienet ta’ għajnuna?
Details / Dettalji

Din il-paġna ġiet aġġornata fis-23 ta’ Ġunju 2022
Skip to content