Kif tikseb Ċertifikat tal-Ftehim Reċiproku dwar il-Kura tas-Saħħa (RHA)

Reġistrazzjoni għall-Intitolament għall-Kura tas-Saħħa għaċ-Ċittadini tar-Renju Unit skont il-Ftehim Reċiproku dwar is-Saħħa bejn Malta u r-Renju Unit

Din l-iskema tiffaċilita l-aċċess għas-servizzi pubbliċi tal-kura tas-saħħa għaċ-Ċittadini tar-Renju Unit li altrimenti ma jkunux intitolati.

Segwi din l-informazzjoni għal dan is-servizz:

Deskrizzjoni

  • Persuni rreġistrati mal-Entitlement Unit taħt din l-iskema jinħarġilhom ċertifikat tal-intitolament magħrufa bħala RHA Entitlement Certificate.
  • Persuni li tinħarġilhom RHA Entitlement Certificate jkunu intitolati għal servizzi tal-kura tas-saħħa b’xejn f’istituzzjonijiet tas-saħħa lokali u pubbliċi fuq bażi ta’ in-patient u out-patient kif ukoll servizzi speċjalizzati oħrajn ipprovduti liċ-ċittadini Maltin.

Persuni li jinħarġilhom RHA Entitlement Certificate mhumiex se jkunu intitolati għal:

  • Trattament barra mill-pajjiż inkluż ir-Renju Unit
  • il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa/European Health Insurance Card (EHIC)
  • Kura fit-tul u servizzi oħrajn previsti taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali u liġijiet oħrajn.

Min hu eliġibbli għas-Servizz?

Persuni li għandhom passaport tar-Renju Unit, li jirresjedu Malta u li mhumiex intitolati għall-kura tas-saħħa permezz tar-Regolamenti tal-UE.

Biex tapplika għal-RHA Entitlement Certificate

Għal din l-iskema għandha tiġi sottomessa formola tal-applikazzjoni separata għal kull persuna.

  • Ma kull applikazzjkoni għandu jkunu ppreżentati kopja tal-Permess tar-Residenza f’Malta u kopja tal-passaport validu tar-Renju Unit.  Persuni li ma jkollomx il-Permess tar-Residenza ta’ Malta, jistgħu japplikaw xorta waħda jekk ikollhom riċevuta temporanja mill-Aġenzija Identity Malta biex b’hekk ikunu koperti għas-servizz tas-saħħa b’mod temporanju.

Tista’ tapplika billi:

  • Tniżżel il-formola tal-applikazzjoni billi tikklikkja hawn, timliha u u tibgħatha fuq l-indirizz postali indikat hawn taħt.
  • Tiġbor il-formola tal-applikazzjoni mill-Entitlement Unit u tirritornaha s-sular t’isfel, Ex-Outpatient Block, Sptar San Luqa, It-Telgħa ta’ Gwardamangia, G’Mangia

NB: Applikanti li ma jistgħux jipprovdu kopja taċ-ċertifikat/permess ta’ residenza tagħhom mal-applikazzjoni xorta jistgħu japplikaw. Dawn jingħataw kopertura proviżorja biss.

Biex iġġedded l-RHA Entitlement Certificate

L-RHA Entitlement Certificate ikun validu għal sentejn. Applikazzjonijiet għat-tiġdid taċ-ċertifikat jintlaqgħu sa xahar qabel id-data ta’ skadenza. F’każijiet fejn persuna tapplika qabel id-data tal-iskadenza taċ-ċertifikat, iċ-ċertifikat li jkun għadu validu irid jiġi sottomess mal-applikazzjoni biex jinħareġ ċertifikat ġdid.

L-obbligi ta’ min japplika

L-applikanti għandhom ikunu ċerti illi l-informazzjoni kollha li jagħtu tkun korretta u li jipprovdu d-dokumenti meħtieġa kollha. Applikazzjonijiet li ma jkunux mimlijin sew jew mingħajr dokumenti ma jiġux ipproċessati.
Karta tal-identità Maltija valida għandha ikun ippreżentata kull darba li l-persuna li għandha ċ-ċertifikat tal-intitolament (RHA) teħtieġ servizzi tal-isptar pubbliku jew ta’ kura tas-saħħa pubblika.
  

L-Entitlement Unit għandha tkun infurmata jekk persuna li nħarġitilha RHA Entitlement Certificate

  • Tmut
  • Tibda taħdem jew tibda tieħu pensjoni tal-istat minn pajjiż ieħor
  • Tbiddel l-indirizz f’Malta jew tittrasferixxi r-residenza tagħha f’pajjiż ieħor inkluż ir-Renju Unit.

L-Entitlement Unit x’se jipprovdi?

L-Entitlement Unit jipproċessa ċ-Ċertifikat tal-Ftehim Reċiproku dwar il-Kura tas-Saħħa (RHA) l-istess ġurnata li jirċievi l-applikazzjoni bid-dokumenti meħtieġa kollha. Iċ-Ċertifikat jingħata lill-klijent meta dan ikun preżenti l-uffiċċju jew jintbgħat bil-posta l-istess ġurnata.

Passi biex tikseb l-RHA

1

Niżżel l-app

2

Agħżel biex tapplika għall-RHA

3

Imla l-informazzjoni mitluba

4

Tirċievi l-RHA fil-posta 

Was this Helpful? / Dil-paġna kienet ta’ għajnuna?
Details / Dettalji

Din il-paġna ġiet aġġornata fit-02 ta’ Frar 2023
Skip to content