Il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC) sejra tkun imġedda awtomatikament xahar qabel id-data li tiskadi, dan skond id-dritt tiegħek għall-kura tas-saħħa pubblika f’Malta. L-EHIC tintbgħat bil-posta fl-indirizz residenzjali tiegħek. Din għandha tasal sa mhux inqas minn ħmistax (15)-il ġurnata mid-data ta’ skadenza tal-EHIC kurrenti tiegħek. Fil-każ li jkollna bżonn aktar informazzjoni biex tiġġedded l-EHIC, nikkuntattjawk aħna.
Jekk l-EHIC tiegħek skadiet qabel Marzu 2023, inti ġentilment mitlub/a tapplika billi tikklikkja hawn.
Jekk ikun il-bżonn li ġġedded l-EHIC tiegħek minħabba tibdil fl-isem, tista tapplika għall-EHIC ġdida billi tikklikkja hawn u tehmeż dik l-antika mal-applikazzjoni tiegħek.
Was this Helpful? / Dil-paġna kienet ta’ għajnuna?