Sessjoni ta’ Informazzjoni – Ċittadini tal-Unjoni Ewropea

Fit-8 ta’ Novembru 2022 id-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa/Entitlement Unit kien irrapreżentat mis-Sur Samuel Scicluna, Senior Policy Officer, waqt Sessjoni ta’ Informazzjoni għall-benefiċċju  taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jaħdmu u jgħixu Malta u Għawdex. Waqt din l-attività, organizzata minn EURES Malta (Jobsplus), ingħata tagħrif dwar l-intitolament għall-kura tas-saħħa pubblika. Fl-istess sessjoni saru ukoll preżentazzjonijiet ta’ Informazzjoni u taħdidiet minn rappreżentanti ta’ dipartimenti pubbliċi oħrajn.

Was this Helpful? / Dil-paġna kienet ta’ għajnuna?
Details / Dettalji
Skip to content