Id-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa kiseb il-Quality Label
Quality Label Logo
Id-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa kiseb il-Quality Label.
Il-Quality Label hija marka ta’ kwalità li jista’ jikseb kull dipartiment jew entità fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika, meta l-kwalità tas-servizz li jagħti lill-klijenti tilħaq il-livell ta’ servizz kif definit permezz tal-4 Pilastri tas-Servizz ta’ Kwalità (vuċi li tipprovdi smigħ lill-klijent u l-aspettattivi tiegħu, disinn li jitfassal fuq livelli taˈ kwalità fil-kuntest ta’ dawn l-aspettattivi, pakkett ibbażat fuq l-għotja ta’ servizz ta’ eċċellenza u kontabilità fejn kull min jagħti servizz jidħol responsabbli għas-sodisfazzjon tal-klijent), l-5 Kriterji ta’ Servizz ta’ Kwalità kif definiti mill-mudell ta’ kwalità SERVQUAL (Affidabilità, Empatija, Assigurazjoni, Reazzjoni u Aspetti Tanġibbli), Direttiva 4-2 u kull direttiva jew politika li tistabbilixxi livelli ġodda ta’ servizz ta’ kwalità fi ħdan l-Amministrazzjoni Pubblika.
Iċ-Charter tad-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa jista’ jitniżżel bil-verżjoni Ingliża minn hawn, u bil-verżjoni Maltija minn hawn.
Bil-kisba tal-Quality Label, id-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa huwa kommess li jwettaq monitoraġġ kontinwu tal-livelli miksuba bil-għan taż-żamma tal-Quality Label.
Aktar informazzjoni dwar il-Quality Label tista’ tiġi aċċessata minn hawn.