L-intitolament għar-Refuġjati u l-Migranti

  1. Status: Qabel l-applikazzjoni għal-protezzjo

L-Intitolament għas-Saħħa: Kura tas-saħħa ta’ emerġenza u trattament essenzjali ta’ mard, inkluż dak ta’ kundizzjonijiet psikoloġiċi serji.

  1. Status: Applikant għall-ażil/applikant għall-protezzjoni internazzjonali
L-Intitolament għas-Saħħa: Il-kura tas-saħħa meħtieġa li għandha tinkludi, għall-inqas, kura ta’ emerġenza u trattament essenzjali ta’ mard u ta’ disturbi mentali serji. Assistenza medika jew assistenza oħra meħtieġa lil applikanti li għandhom bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza, inkluż kura tas-saħħa mentali xierqa fejn ikun meħtieġ..
  1. Status: Status ta’ Rifuġjat

L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika tal-Istat.

Membri  tal-familja  ta’  persuna  mogħtija  status  ta’ rifuġjat, jekk ikunu f’Malta fil-mument tad-deċiżjoni jew jekk jingħaqdu magħha f’Malta, igawdu l-istess drittijiet u benefiċċji bħala rifuġjati sabiex tkun tista’ tinżamm l-għaqda tal-familja.

  1. Status: Status ta’ Protezzjoni Sussidjarja

L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika tal-Istat.

Membri  tal-familja  ta’  persuna  mogħtija  protezzjoni sussidjarja,  jekk  ikunu  f’Malta  fiż-żmien  tad-deċiżjoni, igawdu l-istess drittijiet u benefiċċji bħall-persuna  li  tgawdi  status  ta’  protezzjoni  sussidjarja sabiex tkun tista’ tinżamm l-għaqda tal-familja.

  1. Status: Status ta’ Protezzjoni Umanitarja Temporanja.

L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika tal-Istat.

  1. Status: Applikazzjoni għall-ażil irrifjutata

L-Intitolament għas-Saħħa: Assistenza medika li ssalva l-ħajja.

  1. Status: Min jappella d-deċiżjoni tal-Kummissarju għar-Rifuġjati (Applikant għall-ażil/applikant għall-protezzjoni internazzjonali)

L-Intitolament għas-Saħħa: Il-kura tas-saħħa meħtieġa li għandha tinkludi, għall-inqas, kura ta’ emerġenza u trattament essenzjali ta’ mard u ta’ disturbi mentali serji. Assistenza medika jew assistenza oħra meħtieġa lil applikanti li għandhom bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza, inkluż kura tas-saħħa mentali xierqa fejn ikun meħtieġ

NB – L-istatus legali ta’ min jappella  jerġa’ lura għal dak ta’ min qed japplika għall-ażil/għall-protezzjoni internazzjonali..

  1. Status: Status ta’ Protezzjoni Umanitarja Temporanja ‘N’ (THPN)

L-Intitolament għas-Saħħa: Assistenza medika li ssalva l-ħajja.

  1. Status: Awtorizzazzjoni ta’ Residenza Speċifika (SRA)

L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika tal-Istat.

  1. Status: Vittmi tat-traffikar ta’ bnedmin

L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika w għajnuna psikoloġika ta’ emerġenza.

Was this Helpful? / Dil-paġna kienet ta’ għajnuna?
Details / Dettalji

Din il-paġna ġiet aġġornata fis-27 ta’ Novembru 2019