Kif Tiskeb Dokument ta' S1

Deskrizzjoni

L-S1 tinħareg lill-persuni residenti f’pajjiż taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) iżda jkunu koperti għall-benefiċċji tal-kura tas-saħħa minn pajjiż ieħor taż-ŻEE e.g. pensjonanti jew ħaddiema stazzjonati.

Għal xiex tintitolak l-S1?

L-iskop tal-S1 huwa li jipprovdi aċċess għall-kura tas-saħħa pubblika lil dawk irreġistrati bl-S1 waqt li qegħdin jgħixu f’pajjiż ieħor taż-ŻEE.

Min hu eliġibbli?

Pensjonanti jew ħaddiema stazzjonati li jgħixu f’pajjiż taż-ŻEE, iżda li għandhom il-benefiċċji għall-kura tas-saħħa koperti minn pajjiż ieħor taż-ŻEE.

Kif tapplika

Ibgħat kopja tad-Dokument A1 lill-Entitlement Unit fuq [email protected]

Kif iġġedded l-S1

L-S1 jinħareġ skond id-dati speċifikati fuq id-Dokument A1. Biex iġġedded l-S1, għandek terġa tapplika għad-Dokument A1. Ladarba jinħareġ l-A1, dan għandu jintbgħat lill-Entitlement Unit fuq [email protected]

L-obbligi ta’ min japplika

L-applikanti għandhom ikunu ċerti illi l-informazzjoni kollha li jagħtu tkun korretta u li jipprovdu d-dokumenti meħtieġa kollha. Applikazzjonijiet li ma jkunux mimlijin sew jew mingħajr dokumenti ma jiġux ipproċessati.

L-Entitlement Unit għandu jkun infurmat jekk persuna li nħarġitilha l-S1:

  • Tmut

L-Entitlement Unit x’se jipprovdi?

  • L-Entitlement Unit jipproċessa d-Dokument S1 l-istess ġurnata li jirċievi l-applikazzjoni bid-dokumenti meħtieġa kollha (Dokument A1).
  • Id-Dokument S1 irreġistrat jintbgħat permezz tal-ESSI lill-Istituzzjoni fl-istat membru fejn il-persuna ser tkun residenti.

Passi biex tikseb l-S1

Step 1

Lesti l-applikazzjoni A1

Step 2

Ibgħat id-Dokument A1 fuq [email protected]

Step 3

It-talba tiegħek tiġi pproċessata

Step 4

Iċ-Ċertifikat tal-Intitolament jinħariġlek fil-post ta’ residenza tiegħek

Was this Helpful? / Dil-paġna kienet ta’ għajnuna?
Details / Dettalji

Din il-paġna ġiet aġġornata fit-8 ta’ Jannar 2025

Skip to content