Jum L-Ewropa

F’Mejju tal-2018 u tal-2019 l-Entitlement Unit ħa sehem fl-attivitajiet organizzati mill-MEUSAC ġewwa il-Belt Valletta sabiex ifakkru Jum l-Ewropa. F’dawn l-attivitajiet kien hemm numru ta’ aġenziji tal-Unjoni Ewropea li provdew informazzjoni lill-pubbliku dwar is-servizzi li joffru. L-Entitlement Unit ipparteċipa wkoll f’sessjoni ta’ informazzjoni online f’Novembru 2020.

F’Marzu tal-2021 il-MEUSAC ingħatat isem ġdid meta tnediet l-aġenzija Servizzi Ewropej f’Malta – SEM. Flimkien ma entitajiet oħrajn li jipprovdu servizzi rrelatati mal-UE, fi 30 ta’ Marzu 2021 l-Entitlement Unit ipparteċipa fil-laqgħa (virtwali) tan-‘Network of Networks’  organizzata mis-SEM u Europe Direct Valletta. Dawn il-laqħat huma maħsubin sabiex l-entitajiet li jipprovdu servizzi rrelatati mal-UE jikkollaboraw u jersqu iktar viċin iċ-ċittadin.

Fis-7 ta’ Mejju tal-2021, fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ewropa tal-2021 (iċċelebrata fid-9 ta’ Mejju), l-Entitlement Unit ħa sehem f’webinar organizzat mill-Europe Direct Gozo. L-Entitlement Unit kien irrapreżentat mis-Sur Samuel Scicluna, Senior Policy Officer fi ħdan id-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa. Matul il-webinar, bl-isem ta’ ‘How Can We Assist You?’ (‘Kif nistgħu ngħinuk?’), ingħatat informazzjoni dwar entitajiet li jipprovdu servizzi rrelatati mal-UE, inkluż l-Entitlement Unit u l-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC). Il-filmat tal-webinar huwa disponibbli hawn

 

 

L-Onor. Helena Dalli, eks Ministru għall-Affarijiet Ewropej, ħdejn rappreżentanti tal-Entitlement Unit waqt l-attivita’ ta’ Jum l-Ewropa, 2018 (PBS, 2018).

Rappreżentanti tal-Entitlement Unit mal-parteċipanti l-oħrajn waqt l-attivita’ ta’ Jum l-Ewropa, 2019 (Ritratt – MEUSAC, 2019).

Il-laqgħa tan-‘Network of Networks’, Marzu 2021 (Ritratt – SEM, 2021)

Il-Webinar organizzat mill-Europe Direct Gozo – How Can We Assist You?, 7 ta' Mejju 2021 (The Gozo Business Chamber, 2021)

Was this Helpful? / Dil-paġna kienet ta’ għajnuna?
Details / Dettalji