Ritratti: DOI, SEM, Samuel Scicluna, Europe Direct Gozo
L-EU Entitlement Unit/id-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa għal sena oħra reġa’ pparteċipa fil-Fiera taċ-Ċittadini għal Jum L-Ewropa fid-9 ta’ Mejju 2023, organizzata mis-Servizzi Ewropej f’Malta (SEM) u Europe Direct Valletta. L-avveniment annwali – f’Misraħ il-Ħelsien, il-Belt Valletta – jħaddan diversi aġenziji tal-UE biex joffru informazzjoni dwar is-servizzi tagħhom. Aktar informazzjoni aċċessibbli hawn.
Barra minn hekk, din is-sena l-Entitlement Unit ukoll ħa sehem fl-attivitajiet ta’ Jum L-Ewropa f’Għawdex fid-29 t’April. L-avveniment kien imtella’ mill-Europe Direct Gozo fil-ġonna ta’ Villa Rundle, ir-Rabat. Fost l-organizzazzjonijiet li ħadu sehem kien hemm ukoll dawk li jipprovdu servizzi rrelatati mal-UE fil-Gżejjer Maltin. Aktar informazzjoni aċċessibbli hawn.