Mistoqsijiet frekwenti — EHIC
Iva, tista’ tuża l-EHIC l-Ingilterra (r-Renju Unit, inkluża Ġibiltà). Għal aktar informazzjoni, ikklikkja hawn.
L-eħfef mod huwa li tapplika online billi taċċessa l-websajt servizz.gov b’permezz tal-e-ID jew tniżżel il-formola tal-applikazzjoni billi tikklikkja hawn, timliha u tibgħata bil-posta elettronika fuq [email protected], jew bil-posta f’dan l-indirizz: s-sular t’isfel, Ex-Outpatient Block, Sptar San Luqa, It-Telgħa ta’ Gwardamangia, G’Mangia.
Tirċievi l-EHIC fi żmien ħamest (5) ijiem tax-xogħol minn mindu tasallek l-applikazzjoni u ġeneralment tkun valida għal 5 snin. Kull EHIC tkopri persuna waħda biss.
- Jekk l-EHIC tiegħek tiskadi wara Marzu 2023, din tiġġedded awtomatikament xahar qabel id-data li tiskadi, dan skond id-dritt tiegħek għall-kura tas-saħħa pubblika f’Malta. L-EHIC tintbgħat bil-posta fl-indirizz residenzjali tiegħek. Fil-każ li jkollna bżonn aktar informazzjoni biex tiġġedded l-EHIC, nikkuntattjawk aħna.
- Jekk l-EHIC tiegħek skadiet qabel Marzu 2023, int tista’ tapplika billi tagħżel waħda mill-għażliet hawn taħt:
a. Jekk għandek e-ID applika billi tikklikkja hawn
jew
b. Niżżel il-formola tal-applikazzjoni billi tikklikkja hawn, imliha u ibgħatha fuq l-indirizz postali.
Jekk qed taċċessa l-kura tas-saħħa minn sptar/ċentru tas-saħħa pubbliku, int tista:
Tħallas għat-trattament u meta tirritorna Malta tippreżenta l-irċevuti u d-dokumenti meħtieġa lill-Entitlement Unit. L-Entitlement Unit imbagħad jibda l-proċess sabiex int titħallas lura,
Jew
Tistaqsi għall-Provisional Replacement Certificate (PRC) sabiex turi l-intitolament tiegħek għall-kura tas-saħħa neċessarja jekk tivvjaġġa fl-Ewropa. L-isptar/iċ-ċentru tas-saħħa jikkuntatja u jipprovdi l-informazzjoni neċessarja lill-awtorità kompetenti tal-assigurazzjoni tas-saħħa tiegħek li hi responsabli biex toħroġlok il-PRC.
Rimborż – Spejjeż għal trattament mediku ta’ emerġenza waqt żjara temporanja fi Stat Membru ieħor tal-UE
Tista’ tkun intitolat/a sabiex titħallas lura.
Issottometti t-talba tiegħek billi timla l-formola tat-talba u, flimkien mal-kont u l-irċevuti oriġinali, timposta kollox lil: Entitlement Unit, Is-sular t’isfel, Ex-Outpatient Block, Sptar San Luqa, It-Telgħa ta’ Gwardamangia, G’Mangia, PTA 1010
It-talba tiegħek ma tkunx tista’ tiġi pproċessata qabel ikollna id-dokumenti meħtieġa.
Mistoqsijiet frekwenti — l-Intitolament għall-Kura tas-Saħħa Tiegħek
Meta persuna għandha tissodisfa ċerti kriterji sabiex tkun intitolata għall-kura tas-saħħa, l-awtorita’/l-istituzzjoni nazzjonali tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa li teżamina t-talba trid tikkunsidra wkoll perjodi ta’ assigurazzjoni, residenza jew impjieg imwettqa skont il-liġijiet ta’ pajjiżi oħrajn tal-UE. B’hekk tkun assigurat/a li ma titlifx l-intitolament għas-Saħħa meta tibdel xogħol jew tmur tgħix f’pajjiż ieħor.
Per eżempju, f’ċerti pajjiżi tista’ tkun intitolat/a għall-kura tas-saħħa wara 6 xhur ta’ assigurazzjoni fit-tali pajjiż. F’dan il-każ, ir-regoli tal-UE jaraw illi int tkun intitolat/a għall-Benefiċċju tal-Mard sa mill-bidu tal-perjodu tal-assigurazzjoni fit-tali pajjiż jekk qabel int kont kopert/a għal 6 xhur jew aktar fi kwalunkwe pajjiż ieħor tal-UE (it-28 Stat Membru tal-UE + l-Islanda, Liechtenstein, In-Norveġja u l-Iżvizzera).
Applika għall-EHIC tiegħek f’pajjiżek, fejn int assigurat/a u ngħatajt il-formola S1.
Bħala ħaddiem transkonfinali, tista’ taċċessa l-kura tas-saħħa jew fil-pajjiż fejn tgħix jew fil-pajjiż fejn taħdem. F’ħafna każijiet, ikun iktar prattiku għalik li tirċievi kura tas-saħħa fil-pajjiż fejn taħdem u fejn tqatta’ ħafna mill-ħin tiegħek.
Meta tkun “stazzjonat/a” minn min iħaddmek, jew “tistazzjona” lilek innifsek bħala persuna li taħdem għal rasha, biex tmur taħdem f’pajjiż ieħor tal-UE (f’dan il-każ, it-28 Stat Membru tal-UE + l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera), int tibqa’ kopert/a minn pajjiżek. Jekk, waqt li tkun stazzjonat/a, tiddeċiedi li tgħix b’mod permanenti fil-pajjiż fejn int stazzjonat/a, tkun kopert/a fil-pajjiż fejn tkun qed/a taħdem b’permezz tal-formola S1.
LE – Studenti li jmorru barra l-pajjiż biex jistudjaw temporanjament jistgħu jużaw l-EHIC li tinħarġilhom minn pajjiżhom. B’hekk, m’għandekx bżonn ikollok assigurazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż fejn qed tistudja. Madankollu, ikollok bżonn l- assigurazzjoni tas-saħħa fil-pajjiż fejn qed tistudja jekk:
- Issir residenti permanenti fil-pajjiż fejn qed tistudja
- Tibda taħdem fil-pajjiż fejn qed tistudja
F’dawn il-każijiet t’hawn fuq, l-EHIC maħruġa minn Malta għanda tingħata lura.
L-EHIC tippermettilek taċċessa kwalunkwe trattament mediku li jkollok bżonn waqt li tkun qiegħed/qegħda tistudja temporanjament f’pajjiż ieħor tal-UE (bħal trattament ta’ emerġenza). L-EHIC tagħti aċċess lill-istudenti għal kwalunkwe trattament mediku meħtieġ, skont in-natura tal-kura medika u t-tul ta’ żmien li mistennijin jagħmlu barra minn pajjiżhom. Huwa f’idejn il-fornitur tal-kura tas-saħħa li jiddefinixxi liema tipi ta ‘trattament huma medikament “meħtieġa”.
Għandek tkun taf li tista’ tuża l-EHIC tiegħek biss għand il-fornituri tal-kura tas-saħħa pubbliċi, peress li ma tkoprix il-kura tas-saħħa mogħtija privatament. Min jipprovdi l-kura tas-saħħa jiddefinixxi liema tip ta’ trattament hu medikament “neċessarju”. Ftakar illi l-EHIC tista’ tintuża biss f’istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa pubbliċi. L-EHIC ma tkoprikx għall-kura tas-saħħa privata.
- Il-pajjiż responsabbli għall-kura tas-saħħa tiegħek huwa l-pajjiż li jħallas il-pensjoni tiegħek. Jekk tirċievi pensjoni minn aktar minn pajjiż wieħed u wieħed minnhom huwa l-pajjiż fejn tgħix, dan il-pajjiż ikun responsabbli għall-kopertura tal-kura tas-saħħa tiegħek, u dik tal-membri tal-familja tiegħek.
- Jekk ma tirċevix pensjoni jew xi dħul ieħor mill-pajjiż fejn tgħix, int u l-familja tiegħek tirċievu trattament mediku hemmhekk, jiġifieri fejn tgħixu.
- Jekk inti tirċievi aktar minn pensjoni waħda, iżda mhux minn dak il-pajjiż li tgħix fih, mela il-pajjiż responsabbli mill-ħlas tat-trattementi mediċi tiegħek u tal-familja tiegħek ikun dak il-pajjiz li l-aktar tirċievi pensjoni minn għandu.
Kkampjun tal-forma S1
Int ser tirċievi trattament bħallikieku kont assigurat fil-pajjiż ta’ residenza l-ġdid tiegħek, taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta’ dak il-pajjiż. Madankollu, dan ma jfissirx li jkollok aċċess għall-istess servizzi bħal ta’ pajjiżek. Is-servizzi tal-kura tas-saħħa jvarjaw bejn il-pajjiżi tal-UE, minħabba li kull pajjiż jiddetermina s-sistema tas-saħħa tiegħu. Importanti li qabel ma tivvjaġġa barra minn pajjiżek tikkuntattja lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti sabiex titlob informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi tiegħek fil-pajjiż ta’ residenza l-ġdid tiegħek.
Jekk tivvjaġġa lejn pajjiżi oħrajn jew il-pajjiż li tibqa’ soġġett għalih, tista’ tuża EHIC biex tirċievi kwalunkwe trattament mediku li jinħtieġ waqt iż-żjara tiegħek hemmhekk.
Mistoqsijiet frekwenti – S2 (Servizzi tas-Saħħa Ppjanati)
Għal aktar informazzjoni, aċċessa dawn il-websajts tal-UE:
https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=569&langId=en
https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=857&langId=en&intPageId=1304