L-Equality Mark ippremjat lid-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa u l-Entitlement Unit
Ritratti - NCPE
Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) ippremjat iċ-ċertifikat tal-Equality Mark lid-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa/l-Entitlement Unit. Iċ-ċertifikat ġie ppremjat waqt il-Konferenza Annwali mtellgħa mill-NCPE f’Ottubru tal-2020. Ir-riċertifikazzjoni ingħatat f’Mejju tal-2022.
Iċ-ċertifikat huwa prova tal-impenn tad-Direttorat, bħala tim, għall-ugwaljanza bejn is-sessi kif ukoll ir- rikonoxximent tal-potenzjal tal-impjegati kollha tiegħu. L-għoti tal-Equality Mark juri wkoll impenn għall-ħarsien tad-drittijiet tal-impjegati attwali tad-Direttorat u dawk prospettivi. Dan irrispettivament mis-sess tagħhom, mill-istat ċivili tagħhom, tqala jew potenzjal ta’ tqala, jew mill-fatt li l-persuni jkollhomx responsabbiltajiet ta’ kura għal persuni dipendenti.