
Ritratti: Europe Direct Gozo, Carol Gauci, Janette West, DOI/SEM
Fl-2025 uffiċċjali tal-EU Entitlement Unit mill-ġdid ħadu sehem fl-attivitajiet ta’ Jum L-Ewropa. L-ewwel ipparteċipaw fi 3 ta’ Mejju bi stand f’avveniment Villa Rundle fir-Rabat (Għawdex) li kienet organizzata minn Europe Direct Gozo. Ftit tal-jiem wara, fid-9 ta’ Mejju, kienu wkoll preżenti għall-attivitajiet organizzati mis-Servizzi Ewropej f’Malta [SEM] b’kollaborazzjoni ma’ Europe Direct Valletta f’Misraħ il-Ħelsien. Waqt dawn l-avvenimenti, l-uffiċċjali provdew lill-pubbliku b’informazzjoni dwar kif tapplika għall-EHIC, l-użu tagħha, kif ukoll servizzi oħrajn irrelatati mal intitolament għas-saħħa pubblika.
Aktar informazzjoni disponibbli hawn.
Ritratti: Europe Direct Gozo, Carol Gauci, Janette West, DOI/SEM
Was this Helpful? / Dil-paġna kienet ta’ għajnuna?