Fid-9 ta’ Mejju 2022 l-EU Entitlement Unit/id-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa, fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa, bi pjaċir reġa’ ipparteċipa fil-Fiera taċ-Ċittadini f’Misraħ il-Ħelsien, il-Belt Valletta. Din il-Fiera ġiet organizzata bħala parti mill-attivitajiet li fakkru Jum l-Ewropa 2022. Flimkien ma’ numru ta’ aġenzija oħrajn tal-Unjoni Ewropea li joffru servizzi f’Malta, l-Entitlement Unit kien hemm sabiex jipprovdi l-informazzjoni lill-pubbliku dwar is-servizzi tiegħu. L-attivitajiet kienu organizzati mis-Servizzi Ewropej f’Malta (SEM) u Europe Direct Valletta bil-kollaborazzjoni tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea u l-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta. Il-Filmat tal-avveniment (mis-SEM) huwa disponibbli hawn u hawn.