Fil-15 ta’ Settembru 2021 is-Sra Michelle Galea, Direttur, irrapreżentat lid-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa/Entitlement Unit f’diskussjoni pubblika dwar il-futur tal-qasam tas-saħħa fl-Unjoni Ewropea. Id-diskussjoni, Unjoni Ewropea tas-Saħħa, kienet organiżżata miss-Servizzi Ewropej f’Malta (SEM) u Europe Direct Valletta, u kienet l-ewwel f’sensiela ta’ laqgħat dwar diversi temi għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa. Fost suġġetti oħra, f’din il-laqgħa l-parteċipanti tħaddtu dwar id-diġitalizzazzjoni tas-sistemi tas-saħħa kif ukoll it-tisħieħ tal-benefiċċji tal-kura tas-saħħa transfruntiera.
Ritratt – SEM, 2021
Fis-27 ta’ Settembru 2021, għat-tielet laqgħa tan-‘Network of Networks’ organizzata mis-SEM u Europe Direct Valletta, l-Entitlement Unit kien irrapreżentat mis-Sur Samuel Scicluna, Senior Policy Officer fid-Direttorat għall-Finanzjament tal-Kura tas-Saħħa. F’din il-laqgħa r-rappreżentanti ta’ entitajiet li jipprovdu informazzjoni u servizzi rrelatati mal-UE qasmu l-esperjenzi tagħhom dwar servizzi li jingħataw lill-pubbliku u dwar kif jistgħu jkomplu jikkollaboraw. L-Entitlement Unit jemmen fl-investiment fl-aħħar teknoloġiji sabiex jkompli jipprovdi s-servizzi tiegħu.