Il-Kura tas-Saħħa f'Malta – X’għandek tkun taf meta żżur Malta

Viżitaturi mill-UE

Meta tippreżenta l-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC) valida, int tkun tista’ taċċessa l-kura tas-saħħa pprovduta mill-iStat jekk tinħtieġlek xi kura medika f’każ ta’ emerġenza waqt iż-żjara temporanja tiegħek f’Malta.

Jekk qed tippjana li tibqa’ Malta għal perjodu itwal (per eżempju bħala ħaddiem/a stazzjonat/a jew bħala pensjonant/a) għandek tirreġistra l-formola S1 mal-istituzzjoni f’Malta, li mbagħad toħroġlok ‘Ċertifikat ta’ Intitolament’ li għandu jintwera kull meta tmur sptar pubbliku jew ċentru tas-saħħa.

Viżitaturi oħrajn

Dentisti

  • F’każ ta’ emerġenza, il-kura dentali tingħata b’xejn mill-iSptar Mater Dei u fiċ-Ċentri tas-Saħħa għall-persuni li jkunu intitolati.
  • Minkejja li l-aċċess għal kura dentali għal persuni intitolati jkun b’xejn, dan ikun limitat.
  • Ġeneralment il-kura dentali tingħata b’mod privat u titħallas mill-pazjent. Dawn l-ispejjeż ma jkunux rifondibbli.

Trattament l-isptar

Il-kura ta’ emerġenza/neċessarja tingħata:
  1. L-iSptar Mater Dei, l-Imsida: +356 2545 0000
  2. L-iSptar Ġenerali ta’ Għawdex, Għawdex: +356 2156 1600
  3. Iċ-Ċentri tas-Saħħa (ara qiegħ il-paġna)

F’każ ta’ emerġenza akuta, il-pazjenti għandhom iċemplu 112 għall-ambulanza jew jirrikorru direttament id-Dipartiment tal-Emerġenza. (ara l-mappa ta’ hawn taħt)

Riċetti tat-tabib

  • Kwalunkwe mediċina li tingħata bir-riċetta tat-tabib waqt il-kura fl-isptar, jew fl-ewwel tlitt ijiem wara li tinħareġ mill- isptar, tkun b’xejn għal persuni intitolati.
  • Wara dan il-perjodu kull ma jingħata bir-riċetta tat-tabib ikun irid jitħallas mill-pazjent. Dawn l-ispejjeż ma jkunux rifondibbli.

Ambulanza

  • F’każ ta’ emerġenza, it-trasport bl-ambulanza lejn l-isptar ikun kopert mill-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa/European Health Insurance Card (EHIC) u għal persuni li jkunu intitolati għall-kura tas-saħħa pubblika b’xejn.

ID-Dijalisi tal-kliewi, it-Terapija bl-Ossiġnu u l-Kemoterapija

Jekk ikollok bżonn dawn is-servizzi, għandek tagħmel l-arranġamenti minn qabel għall-appuntamenti u għal aktar informazzjoni billi tikkuntattja n-numri tat-telefon ipprovduti:

  • Id-dijalisi tal-kliewi – ikkuntatja l-Mater Dei Renal Unit fuq +356 2545 6090 għal aktar informazzjoni
  • It-terapija bl-ossiġnu – ikkuntatja l-iSptar Mater Dei, Servizzi Farmaċewtiċi fuq +356 2545 6535
  • Id-dijalisi tal-kliewi w it-terapija bl-ossiġnu ikunu provduti b’xejn meta persuna turi l-EHIC jew jekk tkun intitolata għall-kura tas-saħħa pubblika b’xejn.

Min Jipprovdi l-Kura tas-Saħħa

Għandek bżonn issib xi spiżerija jew Ċentru tas-Saħħa f’Malta jew Għawdex? Żur din il-websajt.

MyHealth Map

Was this Helpful? / Dil-paġna kienet ta’ għajnuna?
Details / Dettalji

Din il-paġna ġiet aġġornata fl-4 ta’ Lulju 2022
Skip to content