L-intitolament għar-Refuġjati u l-Migranti
1. Status: Qabel l-applikazzjoni għall-protezzjoni
L-Intitolament għas-Saħħa: Kura tas-saħħa ta’ emerġenza u trattament essenzjali ta’ mard, inkluż dak ta’ kundizzjonijiet psikoloġiċi serji.
2. Status: Applikant għall-ażil/applikant għall-protezzjoni internazzjonali
L-Intitolament għas-Saħħa: Il-kura tas-saħħa meħtieġa ta’ emerġenza u trattament essenzjali ta’ mard u ta’ disturbi mentali serji. Assistenza medika jew assistenza oħra meħtieġa lil applikanti bi bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza, inkluż kura tas-saħħa mentali xierqa fejn ikun meħtieġ.
3. Status: Status ta’ Refuġjat (Il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra, 1951)
L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika tal-Istat.
Membri tal-familja ta’ persuna mogħtija status ta’ refuġjat, jekk ikunu f’Malta fil-mument tad-deċiżjoni jew jekk jingħaqdu magħha f’Malta, igawdu l-istess drittijiet u benefiċċji bħala rifuġjati sabiex tkun tista’ tinżamm l-għaqda tal-familja.
4. Status: Status ta’ Protezzjoni Sussidjarja (Art. 15 tad-Direttiva 2011/95/UE)
L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika tal-Istat.
Membri tal-familja ta’ persuna mogħtija protezzjoni sussidjarja, jekk ikunu f’Malta fiż-żmien tad-deċiżjoni, igawdu l-istess drittijiet u benefiċċji bħall-persuna li tgawdi status ta’ protezzjoni sussidjarja sabiex tkun tista’ tinżamm l-għaqda tal-familja.
5. Status: Status ta’ Protezzjoni Umanitarja Temporanja.
L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika tal-Istat.
6. Status: Applikazzjoni għall-ażil irrifjutata
L-Intitolament għas-Saħħa: Assistenza medika li ssalva l-ħajja.
7. Status: Min jappella d-deċiżjoni tal-Aġenzija għall-Protezzjoni Internazzjonali (Applikant għall-ażil/applikant għall-protezzjoni internazzjonali)
NB – L-istatus legali ta’ min jappella jerġa’ lura għal dak ta’ min qed japplika għall-ażil/għall-protezzjoni internazzjonali.
L-Intitolament għas-Saħħa: Il-kura tas-saħħa meħtieġa ta’ emerġenza u trattament essenzjali ta’ mard u ta’ disturbi mentali serji. Assistenza medika jew assistenza oħra meħtieġa lil applikanti bi bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza, inkluż kura tas-saħħa mentali xierqa fejn ikun meħtieġ.
8. Status: Awtorizzazzjoni ta’ Residenza Speċifika (SRA)
L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika tal-Istat, skont ir-Regoli tal-Awtorizzazzjoni ta’ Residenza Speċifika tal-2020.
9. Status: Vittmi tat-traffikar ta’ bnedmin
L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika w għajnuna psikoloġika ta’ emerġenza, skont SL 217.07 Para 5 (II) u (IV).
10. Status: Persuni ġejjin mill-Ukrajna – Status ta’ Protezzjoni Temporanja (2001/55/EC)
L-Intitolament għas-Saħħa: Kura medika (inkluż, tal-inqas, kura tas-saħħa ta’ emerġenza ta’ natura essenzjali u trattament essenzjali ta’ mard)